Itlob Għal Dawk li Jweġġgħuk.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-21 ta’ Marzu, 2011, fil-11 pm.
Illejla, binti l-għażiża, inti qiegħda tħoss ċerta paċi, li ilek ma tħossha. Inti binti, ġejt ittorturata mill-Qarrieqi, u issa permezz tal-Grazzji li Jiena tajtek, ma bqajtx tħoss l-effetti ta’ attakki bħal dawn.
Jiena bgħattlek ruħ (persuna) nadifa u mimlija mħabba biex tgħinek u tiggwidak. Huwa se jżommlok idejk u jmexxik Lejja u lejn l-Verità. Inti, maħbuba binti, issa qiegħda tifhem xi jfisser meta tbati f’Ismi. Issa taf x’jiġifieri li tiġi mwaqqa’ għaċ-ċajt fil-pubbliku f’Ismi, fejn kont irridikolata minn wara dahrek u akkużata b’għemejjel ħżiena, li inti bl-ebda mod m’inti ħatja tagħhom. Ifraħ binti, għaliex dan ifisser li int issa sirt eqreb biex issir ħaġa waħda Miegħi. It-talb tiegħek, kif issa fl-aħħar qiegħda tifhem, iżommok fi stat ta’ grazzja u paċi.
Binti, tiġġudikax lil dawk li jikkawżawlek uġigħ. Itlob għalihom. Aħfrilhom. Imma inti diġà għamilt dan, hux veru? Issa qiegħda tifhem il-Verità tat-Tagħlim tiegħi. Jiena se nkompli nqawwik dejjem aktar binti. Qis li ma tibżax. Kif Għedtlek qabel, il-Qarrieqi qatt mhu sejjer jisraqlek ruħek. Jiena se nżommok qrib f’Dirgħajja u Nwiegħedek li jekk titbiegħed, Jiena dejjem se Niġbdek lura Lejja.
Issa inti trid tikseb is-saħħa u l-kuraġġ biex tikkomunika l-Messaġġi Divini tiegħi lill-umanità. Dawn huma urġenti. Inti taf x’għandek tagħmel. Sejjaħli f’qalbek, kull minuta tal-ġurnata. Inħobbok, binti prezzjuża u kuraġġuża. Jiena Kburi bik għall-mod kif iddefendejt il-Verità bil-kalma u ma ċħadtx dawn il-Messaġġi Sagri, għax issa taf il-Verità.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu