Is-Sinifikat u l-Qawwa tat-Talb

Il-Ħamis, 24 ta’ Marzu 2011 @ 23:00

Is-Sinifikat u l-Qawwa tat-Talb.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-24 ta’ Marzu, 2011, fil-11 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, huwa Għalija ferħ kbir li qiegħed Nerġa’ Ningħaqad miegħek illejla. Issa inti tinsab mimlija bil-Grazzja tad-Dixxerniment u taf eżatt liema hi t-triq it-tajba li għandek tieħu. Fl-aħħar, wara li inti ċedejt kollox sabiex tingħaqad ħaġa waħda Miegħi, issa tinsab ħielsa. Issa tinsab ħielsa mid-dubji, b’kuxjenza nadifa, aktar soda minn qabel, u lesta sabiex tiżvela lid-dinja l-Wegħda tiegħi. Il-Kelma tiegħi sejra ġġib dik l-urġenza meħtieġa, sabiex in-nies ikunu ppreparati, ħalli tiftħu qlubkom għal dak il-mument meta kulħadd sejjer jara dnubietu quddiemu. Dlament li n-nies ikunu ppreparati u mwissija minn qabel, ħafna u ħafna aktar erwieħ jistgħu jiġu salvati. Aktar ma tkun kbira l-konverżjoni, aktar sejra tkun dgħajfa l-persekuzzjoni li sejra tiġi wara. Binti, ara li qatt ma jkollok xi sodisfazzjon qarrieqa tiegħek innifsek, imma wkoll, lanqas għandek tibża’ mill-ġrajjiet futuri. Dawn kollha sejrin jgħaddu, u minflokhom se jkun hemm dinja aktar hienja, b’imħabba akbar u ma’ kullimkien.


Dawn il-Messaġġi Huma Sabiex Sempliċement Ifakkru lil Kulħadd fl-Eżistenza ta’ Alla

Għid lill-poplu tiegħi kullimkien, li dawn il-Messaġġi huma sempliċement intenzjonati sabiex ifakkru lil ulied kollha ta’ Alla li Hu jeżisti tassew. Huma jridu wkoll isiru konxji, li r-ruħ tagħhom hija l-aktar parti importanti mill-elementi umani kollha tagħhom. Li huma jieħdu ħsieb lir-ruħ tagħhom huwa vitali, jekk iridu jieħdu sehem fil-futur mill-isbaħ li hemm jistenna lil kulħadd. In-nies sempliċement jeħtieġ li jfakkru lilhom infushom fl-Għaxar Kmandamenti u jobduhom. Imbagħad kull ma jkunu jeħtieġu huwa, li jsegwu t-Tagħlim tiegħi u jgħixu ħajjithom kif digà Għedtilhom. Ir-raġuni għaliex Jiena Ninsab Nagħti l-Profeziji hija sabiex nuri lis-segwaċi għeżież tiegħi, li qiegħed iseħħ Intervent Divin. Meta jagħmlu dan, Jiena Nittama li jiftħu qlubhom biex iħallu l-Verità taħkimhom.


L-Imħabba Divina Ġġib il-Paċi

Ħafna nies, kliem biss għandhom dwar it-Tagħlim tiegħi. Oħrajn jarawh bħala ħela ta’ hin u ta’ dwejjaq. Għaliex kieku huma jkollhom jippruvaw jimitawni, jibżgħu li jitilfu l-kumdità li jaħsbu li l-affarijiet materjali sejrin jġibulhom f’ħajjithom. Dak li huma mhumiex jifhmu huwa, li l-unika kumdità vera u li jistgħu possibbilment jesperjenzaw hija l-Imħabba Divina. Din l-Imħabba tista’ tidħol f’ħajjitkom biss, permezz tat-talb sempliċi u billi tersqu eqreb Lejja u lejn il-Missier Etern tiegħi. Ladarba tesperjenzaw din il-paċi, issibu lilkom infuskom ħielsa minn kull inkwiet u tensjoni.

L-ebda ammont ta’ eċċitament falz ma jista’ jersaq viċin l-ewforija li seħħ meta intom tersqu qrib Qalbi. Din l-Imħabba mhux biss tinfed lil ġisimkom kollu, moħħkom u lir-ruħkom, iżda tippermettilkom tgħixu ħajja aktar ħielsa. Intom sejrin tesperjenzaw kuntentizza profonda li qabel ma kontux tafu biha. Imbagħad, sejrin tkunu sorpriżi kif ma jkunx baqa’ jiġbidkom dak il-lussu materjali tad-dinja. Intom titilfu l-interess f’dawn l-affarijiet u dan se jissorprendikom.

O uliedi, li kieku biss tistgħu tippruvaw tersqu qrib Tiegħi, kieku fl-aħħar issiru ħielsa. Ma tibqgħux tħossu disperazzjoni vojta f’ruħkom. Minflok issiru aktar kalmi, inqas mgħaġġla, ikollkom aktar ħin biex turu interess f’ħaddieħor u tħossukom fil-paċi. Dawn jibdew jiddu minnkom qishom raġġi. L’oħrajn se jinġibdu lejkom b’mod naturali. Intom stess se tistaqsu għaliex. Tibżgħux, għaliex din hija l-Grazzja t’Alla li tkun qiegħda taħdem fikom. Meta tkunu mimlijin bil-Grazzja t’Alla, intom tgħadduha lill-oħrajn u mbagħad tinfirex permezz tal-imħabba. U hekk, iċ-ċiklu jkompli jikber. Għalhekk, jekk jogħġobkom uliedi, ftakru fis-sinifikat tat-talb. Il-qawwa li t-talb jipproduċi u l-ħeffa li biha jimxi, taħkem fuq dawk l-erwieħ fortunati kollha li huma miġbuda f’din is-sħaba ta’ mħabba.


L-Għanqbuta tal-Qerq tax-Xitan Iġġib il-biża’

Hekk kif it-talb u l-imħabba għal xulxin ikomplu jikbru, hekk ukoll tagħmel il-mibegħda li toħroġ mix-Xitan (Satana). Il-Qarrieqi jaħdem permezz ta’ dawn in-nies li m’għandhomx fidi Fija, jew li jispiċċaw ibagħabsu ma’ logħob spiritwali mudlam, biex ixerred il-qerq tiegħu permezz tagħhom. L-għanqbuta tal-mibegħda tiegħu taqbad anke lil dawk fl-aktar sitwazzjonijiet ’l bogħod fejn jistgħu jħossu li qegħdin jgħixu ħajja raġonevolment tajba. Din l- għanqbuta sottili tista’ taqbad fiha lil kull min ma joqgħodx attent. L-aktar riżultati komuni li jħossu dawk kollha li jinqabdu f’din l-għanqbuta, huma l-inkwiet, l-ansjetà, id-disperazzjoni u l-biża’. Din il-biża’ tista’ tinbidel f’mibegħda malajr ħafna.

Fittxu li tiġu tiġru Lejja, intom ilkoll. Toqgħodux tistennew sakemm ħajjitkom tinqaleb ta’ taħt fuq bin-niket bla bżonn. Għaliex Jiena dejjem Qiegħed Hemm għalikom, Narakom, Nistennikom, Nittama li kull wieħed u waħda minnkom tħallu l-kburija tagħkom taqa’ mal-art, sabiex Jien inkun Nista’ Nintervjeni u Nħaddankom Miegħi. Morru fil-knisja tagħkom u itolbuni. Tkellmu Miegħi meta tkunu d-dar jew fi triqitkom lejn ix-xogħol. Ma’ kull fejn tkunu, kemm biss issejħuli. Ibagħad malajr tkunu tafu kif Jiena Nirrispondikom.


Stenbħu  u Iftħu Dawk Qlubkom Magħluqa

Stenbħu uliedi. Jaħasra, kif għadkom ma ndunajtux s’issa, li intom għandkom bżonni? Meta sa fl-aħħar se tiftħu qlubkom magħluqa Għalija u tħalluni nidħol fiha? Taħlux aktar ħin prezzjuż, għal ġid tagħkom infuskom u dak tal-familji tagħkom. Jiena huwa Mħabba. Intom għandkom bżonn l-Imħabba tiegħi sabiex taqtagħlkom l-għatx tar-ruħ niexfa u fjakka tagħkom. L-Imħabba tiegħi, ladarba tesperjenzawha, sejra terfa’ l-ispirtu tagħkom u tippermettilkom tħossu l-imħabba vera mill-ġdid. Din l-imħabba mbagħad, sejra tiftħilkom moħħkom għall-Verità, jiġifieri għall-Wegħdiet li Jiena għamilt lil kull wieħed u waħda minnkom, meta Mitt għal dnubietkom fuq is-Salib. Inħobbkom uliedi. Jekk jogħġobkom uruni l-imħabba li qiegħed Jiena Nitkarbilkom għaliha. Tibqgħux mitlufin Għalija. Issa ftit fadal żmien uliedi, sabiex iduru lura għal Għandi. Qisu li ma tittardjawx.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM