Id il-Missier Etern Tiegħi Issa Se Tiżel Fuq Din id-Dinja Għamja u Ingrata

It-Tnejn, 4 ta’ April 2011 @ 19:00

Id il-Missier Etern Tiegħi Issa Se Tiżel Fuq Din id-Dinja Għamja u Ingrata.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-4 ta’ April, 2011, fis-7 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, issa ż-żmien mhux favur tagħna. Xerred. Xerred dawn il-Messaġġi u kemm jista’ jkun ’il bogħod. Iż-żmien tat-Twissija l-Kbira issa huwa qrib ħafna. Għid lis-segwaċi tiegħi, sabiex minħabba l-fidi tagħhom Fija, jgħinu jikkonvertu lil dawk li ma jemmnux Fija, ħalli jippreparaw għat-Twissija l-Kbira.

Binti, waqt li forsi għadek tiddubita dawn il-Messaġġi, inti qiegħda titlef ħin prezzjuż. Dawk l-erwieħ maħbuba tiegħi, li qed jixxennqu għall-maħfra, ma baqgħalhomx ħafna żmien. Id-dnub binti, jinsab rampanti u qed jinfirex bħal virus ma’ kull rokna tad-dinja. Ix-Xitan (Satana) qiegħed jagħmel ħerba mill-umanità. Huwa jinsab kullimkien. Qed jitturmenta sew lill-erwieħ tajbin, kif ukoll lil dawk li huma mitlufa Minni. Hemm bżonn li jitwaqqaf. It-talb u t-tixrid tal-Kelma tiegħi se jgħinu biex dan iseħħ. Għidilhom lis-segwaċi tiegħi, kif ix-Xitan qed jinfesta l-umanità. Huwa mhux biss jinsab preżenti fl-inkwiet globali, iżda qed jinfetta wkoll, lil dawk li jemmnu li huma qegħdin jaġixxu f’isem il-ġustizzja. Huwa jinsab preżenti saħansitra fis-soċjetà żagħżugħa, fil-mużika tagħhom, u fil-kultura taċ-ċelebritajiet u bla ħsieb ta’ xejn tagħhom.

Qis li issa ssalva l-erwieħ billi titlob il-Kurinella tal-Ħniena Divina tiegħi. Ferrex din it-talba b’urġenza. Is-sens ta’ paniku, waħx, ġlied u l-ħdura ta’ mibgħeda, li issa qeghdin jiġu esperjenzati fid-dinja, qed jinħassu profondament Minni, Jiena, s-Salvatur Divin tal-Bniedem, u li Nibki dmugħ ma jispiċċa qatt, għal dawn l-erwieħ mitlufa.

Żgur li l-umanità ma tistax tonqos milli tara din il-mibegħda għalihom infushom stess, f’kull rokna li teżisti? Ma jafux li dan huwa x-Xitan, il-Qarrieqi fuq xogħolu? Hekk kif il-ħdura tal-mibegħda u l-atroċitajiet diżgustanti qegħdin jinfirxu bħal nar mingħajr kontroll, hekk ukoll l-Id tal-Missier Etern tiegħi issa se tinżel b'saħħa fuq din id-dinja għamja u ingrata. Hekk kif l-atroċitajiet umani se jkomplu, fejn il-bniedem jikkaġuna terrur u delitti fuq bnedmin oħra, hekk ukoll id-diżastri ekoloġiċi se jiżdiedu, bħala kastig għad-dnub tal-bniedem kontra l-bniedem stess. Dan il-Kastig issa se jinżel b’saħħa fuq id-dinja.


Il-Battalja Sabiex Insalvaw lin-Nies Issa Bdiet

Il-battalja biex insalvaw l-erwieħ (nies ħajjin) issa bdiet. Itolbu għalikom infuskom u għall-familji tagħkom bis-sħiħ. Dan għaliex ħafna erwieħ innoċenti se jinqabdu f’din id-disgrazzja kbira. Intom la tibżgħux, għaliex dawk minnkom leali Lejja u lejn il-Missier Etern tiegħi se jiġu salvati. Jekk il-Missier Etern tiegħi ma jindaħalx issa, allura l-bniedem se jikkaġuna ġenoċidju fuq skala tant kbira, li l-popolazzjoni tad-dinja se titnaqqas bi proporzjonijiet enormi.


Il-Ħniena Divina

Qisu li tibqgħu sodi fil-fidi tagħkom intom ilkoll, għaliex mingħajr il-fidi, it-tbatija tagħkom se tkun diffiċli biex tissaportuha. Ikun Imfaħħar Missieri, talli tani dan id-Don tal-Ħniena Divina. Il-Ħniena tiegħi m’għandiex limiti u dan issa se jiġi ppruvat lilkom ilkoll. Dan l-oċean ta’ mħabba waħedha u safja, se jitferra’ fuq uliedi lkoll, sabiex jgħinkom issalvaw mill-mibegħda u l-krudeltà li qed jinfirxu mid-Demonju. Aħslu issa rwieħkom fl-Imħabba tiegħi, permezz tat-talb għax iż-żmien qorob sew.

Ftakru li Jiena nħobbkom ilkoll. Id-Don tal-Ħniena tiegħi huwa għal kulħadd, anke għal dawk il-midinbin fid-dnub il-mejjet. Huma se jingħataw iċ-ċans li jindmu, li jegħlbu lix-Xitan, li jingħaqdu mas-Saltna tiegħi dejjem mimlija ħniena li għad trid tiġi.

Ħarsu lejn il-Ġenna. Ħalluni nżommkom ilkoll u ngħannaqkom Miegħi.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
L-Imħallef Dejjem Ħanin,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM