Id il-Missier Etern Tiegħi Issa Sejra Tiżel Fuq id-Dinja Għamja u Ingrata.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-4 ta’ April, 2011, fis-7 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, issa ma baqgħalniex ż-żmien. Qis li x-xerred. Xerred dawn il-Messaġġi u kemm jista’ jkun ’il bogħod. Iż-żmien tat-Twissija l-Kbira issa qrib ħafna tagħna. Għid lis-segwaċi tiegħi, li minħabba l-fidi tagħhom Fija, jgħinu jikkonvertu lil dawk li ma jemmnux Fija, ħalli jippreparaw għat-Twissija l-Kbira. Binti, waqt li forsi għadek tiddubita dawn il-Messaġġi, inti qiegħda titlef ħin prezzjuż. Dawk l-erwieħ maħbuba tiegħi, li jinsabu jixxennqu għall-Maħfra tiegħi, ma baqgħalhomx ħafna żmien. Id-dnub binti, jinsab rampanti u qiegħed jinfirex bħal virus ma’ kull rokna tad-dinja. Ix-Xitan (Satana) qiegħed jagħmel ħerba mill-umanità. Huwa jinsab kullimkien. Qiegħed jitturmenta sew lill-erwieħ tajbin, kif ukoll lil dawk li huma mitlufa Minni. Hemm bżonn li jitwaqqaf. It-talb u t-tixrid tal-Kelma tiegħi sejrin jgħinu sabiex dan iseħħ. Għidilhom lis-segwaċi tiegħi, kif ix-Xitan jinsab jinfesta l-umanità. Huwa mhux biss jinsab preżenti fl-inkwiet kollu globali, iżda qiegħed jinfetta, anke lil dawk li jemmnu li huma qegħdin jaġixxu f’isem il-ġustizzja. Huwa jinsab preżenti saħansitra fis-soċjetà żagħżugħa, fil-mużika tagħhom, u fil-kultura taċ-ċelebritajiet, fejn huma ma jimporthom minn xejn.
Qis li issa ssalva l-erwieħ billi titlob il-Kurinella tal-Ħniena Divina tiegħi. Ferrex din it-talba b’urġenza. Is-sens ta’ paniku, waħx, ġlied u l-ħdura ta’ mibgħeda, li issa qieghdin jiġu esperjenzati fid-dinja, qed jinħassu profondament Minni, Jiena, s-Salvatur Divin tal-Bniedem, u Nibki dmugħ li ma jispiċċa qatt, għal dawn l-erwieħ mitlufa. Possibbli li l-umanità mhux tintebaħ meta tara din il-mibegħda għaliha nfusha stess, f’kull rokna li teżisti? Ma jafux li dan huwa x-Xitan, il-Qarrieqi fuq xogħolu? Hekk kif il-ħdura tal-mibegħda u l-atroċitajiet diżgustanti qegħdin jinfirxu bħal nar mingħajr kontroll, hekk ukoll l-Id tal-Missier Etern tiegħi issa sejra tinżel b’saħħa fuq din id-dinja għamja u ingrata. Hekk kif l-atroċitajiet umani sejrin ikomplu, fejn il-bniedem jikkaġuna terrur u delitti fuq bnedmin oħra, hekk ukoll id-diżastri ekoloġiċi sejrin jiżdiedu, bħala kastig għad-dnub tal-bniedem kontra l-bniedem stess. Dan il-Kastig issa sejjer jinżel b’saħħa fuq id-dinja.
Il-Battalja Sabiex Insalvaw lin-Nies Issa Bdiet
Il-battalja sabiex insalvaw l-erwieħ (nies ħajjin) issa bdiet. Itolbu għalikom infuskom u għall-familji tagħkom bis-sħiħ. Dan għaliex, ħafna erwieħ innoċenti se jinqabdu f’din id-disgrazzja kbira. Intom la tibżgħux, għaliex dawk minnkom leali Lejja u lejn il-Missier Etern tiegħi sejrin jiġu salvati. Jekk il-Missier Etern tiegħi ma jindaħalx issa, allura l-bniedem sejjer jikkaġuna ġenoċidju fuq skala tant kbira, li l-popolazzjoni tad-dinja se titnaqqas bi proporzjonijiet enormi.
Il-Ħniena Divina
Qisu li tibqgħu sodi fil-fidi tagħkom intom ilkoll, għaliex mingħajr il-fidi, it-tbatija tagħkom se tkun diffiċli sabiex tissaportuha. Ikun Imfaħħar Missieri, talli tani dan id-Don tal-Ħniena Divina. Il-Ħniena tiegħi m’għandiex limiti u dan issa se jiġi ppruvat lilkom ilkoll. Dan l-oċean ta’ Mħabba pura u safja, se jitferra’ fuq uliedi kollha, sabiex jgħinkom issalvaw mill-mibegħda u l-krudeltà li qed jinfirxu mid-Demonju. Aħslu issa rwieħkom fl-Imħabba tiegħi, permezz tat-talb għax iż-żmien qorob sew. Ftakru li Jiena nħobbkom ilkoll. Id-Don tal-Ħniena tiegħi huwa għal kulħadd, anke għal dawk il-midinbin fid-dnub il-mejjet. Huma sejrin jingħataw iċ-ċans li jindmu, li jegħlbu lix-Xitan, li jingħaqdu mas-Saltna tiegħi dejjem mimlija Ħniena li għad trid tiġi. Żommu ħarsitkom fuq il-Ġenna. Ħalluni Nżommkom ilkoll u Ngħannaqkom Miegħi.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
L-Imħallef Dejjem Ħanin,
Ġesù Kristu