Miljuni ta’ Erwieħ Se Jiġu Salvati Permezz ta’ Dawn il-Messaġġi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-7 ta’ April, 2011, fl-10 pm.
Maħbuba binti, id-Don tal-Ispirtu s-Santu ngħatalek illum flimkien ma’ Grazzji Divini speċjali. Inti binti, wara li ċedejt ir-rieda ħielsa tiegħek Lili, issa se timxi biex tagħmel ir-Rieda l-Aktar Qaddisa tiegħi. Issa se tinduna bl-importanza tal-ubbidjenza tiegħek sħiħa Lejja. Fil-ħsibijiet tiegħek, fil-kliem, fl-atti, fl-imġieba u fl-attitudni tiegħek. Issa inti sejra ssegwi l-Gwida tiegħi u tfittixha minn qabel ma tieħu xi azzjoni f’Ismi.
Issa fl-aħħar inti lesta sabiex issegwi l-Istruzzjonijiet tiegħi. Issa trid tiddedika mill-inqas sagħtejn fit-talb Lili kull jumejn. Barra minn hekk, trid ukoll issegwi d-direzzjoni tal-aktar direttur spiritwali qaddis mibgħut lilek mis-Sema. Huwa sejjer ikellmek skond l-struzzjonijiet li nagħtih Jien. Qis li tagħmel eżattament dak li jgħidlek. Inti trid tiżgura li tikkomunika Miegħi kuljum għax Għandi ħafna xi ngħidlek.
Binti, minn issa ’l quddiem, isma’ biss lil Leħni. Ikteb biss dak li tirċievi Mingħandi. Ara li qatt ma tieħu xi tifsira dwar dawn il-Messaġġi l-aktar Qaddisa mingħand ħaddieħor. Hemm fomm wieħed biss li bih nikkomunika miegħek u dan hu Tiegħi. Afda fija binti. Afda fija kompletament. Ara li qatt ma tiddubita dawn il-Messaġġi għax huwa Jien stess li qiegħed nitkellem miegħek. Dejjem ftakar dan. Issa li inti qiegħda tafda Fija, se tkun ħafna aktar b’saħħtek. Ħallini nassigurak, li int issa se tkun tiflaħ tiffaċċja b’mod aktar effettiv l-attakki tal-Qarrieqi.
Għandek għaliex tħossok fil-paċi. L-Imħabba tiegħi għalik binti, ħierġa minn Qalbi, filwaqt li d-devozzjoni u l-imħabba tiegħek għalija jimlewk u jdgħajfuk fl-istess ħin. Din l-Imħabba qawwija, hija totalment safja u ma tistax titqabbel ma’ xejn li qatt esperjenzajt qabel f’din id-dinja.
Is-sema tifraħ kif fl-aħħar ċedejt kollox Lili. Imma issa ser ikollok tipprepara lilek innifsek biex tgħin issalva miljuni ta’ erwieħ (nies ħajjin). Binti, il-kompitu li qiegħed nitolbok huwa enormi f’termini umani. Inti binti, se tkun il-messaġġiera lid-dinja u dan tal-akbar volum tal-Kelma Mqaddsa tiegħi, biex id-dinja tipprepara għat-Tieni Miġja tiegħi.
Huma, uliedi prezzjużi li Jiena nħobb b’passjoni profonda, lil hinn mill-għarfien tiegħek, li jridu jinġibdu lura lejn Qalbi l-aktar Imqaddsa, qabel ma jkun tard wisq. Inti binti, huwa mistenni minnek, li twassal il-Kelma tiegħi lill-umanità. Din mhix xi biċċa xogħol faċli. Inti sejra tbati minħabba fiha, imma trid tifhem li dan issa huwa d-dmir tiegħek Lejja. Inti qiegħda tiġi msejjħa biex tiżgura, li permezz tal-Kelma minn Fommi Divin, miljuni ta’ erwieħ jiġu salvati min-nar tal-Infern.
Ikkomunika Miegħi issa kif suppost. Jiena sejjer niggwidak il-ħin kollu. Il-paċi miegħek binti. L-Ispirtu l-Aktar Qaddis tiegħi, issa qed ifawwar lir-ruħek. Issa inti tinsab mimlija bl-mħabba u ferħ, u lesta għall-istadju li jmiss ta’ din il-Missjoni Divina.
Is-Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu