L-Uġigħ Tiegħi Huwa Saħansitra Akbar Illum, Milli Kien Waqt il-Kruċifissjoni.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-13 ta’ April, 2011, fl-11 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, illejla Jiena qiegħed nibki bid-dwejjaq kbar li qiegħed Inħoss minħabba d-dnubiet tal-umanità, li żdiedu b’intensità kbira, hekk issa kif qed joqrob iż-żmien għad-dinja biex tfakkar il-Passjoni tiegħi fuq is-Salib. L-Uġigħ tiegħi huwa saħansitra akbar milli kelli meta Jiena ġejt imsallab għall-ewwel darba. Issa qed nerġa’ ngħix l-Agunija li ssaportejt mill-ġdid, hekk kif id-dnubiet tal-umanità qegħdin jinfdu lil Qalbi bħal xabla, li hija itwal, taqta aktar u tweġġa’ aktar.
Isimgħu intom it-Karbiet tiegħi. Isimgħu l-Ilfieq tiegħi. Intom ilkoll, farrġuni f’din l-Agunija tremenda li qiegħed nissaporti bħalissa. Jien qiegħed ikolli bilfors nara ta’ kuljum, id-dwejjaq tal-biza’, l-uġigħ u t-tortura ikkawżata mill-bniedem fuq il-bniedem stess, u mill-bniedem fuq it-tfal. Dawn il-qattiela ma jsofru l-ebda rimors, daqs kemm r-ruħ mudlama tagħhom hija nfettata mix-Xitan (Satana), il-Qarrieqi. Huwa ma juri l-ebda kompassjoni u għal ħadd minnkom, għaliex m’għandux ruħ. Madankollu, l-bnedmin boloħ li huma, jċedu għat-tentazzjonijiet tiegħu, qishom nies għomja. Tant iħallu lilhom infushom jinġibdu lejn dan id-dlam terribbli, li Jiena jkolli niddependi fuq dawk minnkom li jemmnu Fija, sabiex titolbu bil-qawwa kolla ħalli jsalvaw erwieħ (nies ħajjin) bħal dawn.
L-Uġigħ tiegħi qiegħed jintensifika kuljum. Id-dnub mhux qed jiġi meqjus mill-bniedem għal dak li hu. Fl-aktar livell bażiku tiegħu, id-dnub huwa mħabba lejk innifsek. Fl-agħar tiegħu, huwa mħabba lejn l-affarijiet kollha li jagħmlu ħsara lil ħaddieħor permezz tad-diżonestà, il-vjolenza, l-abbuż u l-qtil. Għaliex in-nies jagħlqu għajnejhom meta jaraw atroċitajiet bħal dawn? Dawk il-vittmi huma nies bħalkom. Itolbu bil-qawwa għal dawn l-aggressuri, għaliex huma wkoll huma vittmi. Uliedi ġew maqbuda fin-nassa tal-Qarrieqi, imma madankollu, ħafna lanqas biss jaċċettaw li hu jeżisti.
Iż-żmien issa qed joqrob biex il-Kelma tiegħi terġa’ tinstema’ tassew fid-dinja. Jekk jogħġobkom u jekk jogħġobkom, spjegaw lil kulħadd li l-Ħniena tiegħi issa waslet biex tidher fid-dinja waqt l-avveniment mistiku li wasal biex jiġi. Huwa importanti li ngħidu lil kemm jista’ jkun nies, sabiex jitolbu lil Alla, il-Missier Etern biex jaħfer lil kull wieħed u waħda minnkom, għad-dnubiet tal-passat li għamiltu. Qisu li tagħmlu dan issa stess u malajr. Salvaw l-erwieħ tagħkom u ta’ ħaddieħor. Filwaqt li l-konverżjoni se tkun mifruxa sew, xi erwieħ sfortunati mhux se jibqgħu ħajjin bix-xokk li sejrin jieħdu. Itolbu u itolbu, li dawn ma jmutux fid-dnub il-mejjet.
Jekk jogħġobkom fakkru lilkom infuskom fil-Passjoni tiegħi matul ir-Randan, billi tikkonsidraw is-Sagrifiċċju li Jien għamilt minn Jeddi u għalikom ilkoll, sabiex tkunu tistgħu tiġu salvati. Imbagħad ifhmu, li t-Twissija l-Kbira, jiġifieri l-Illuminazzjoni tal-Kuxjenza, hija d-Don li jmiss tal-Ħniena tiegħi għall-umanità.
Xerrdu l-konverżjoni ma’ kullimkien. Għinu biex tegħlbu l-Qarrieqi billi titolbu l-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi sabiex issalvaw l-erwieħ.
Afdaw Fija issa, u ġibuni lura f’qalbkom. Ingħaqdu flimkien biex issalvaw l-umanità permezz tal-imħabba.
Is-Salvatur Divin tagħkom, Ġesù Kristu,
Iben Alla, il-Missier li Jista’ Kollox,
Ħallieq u Dak li Bih sar kollox