Grazzji Speċjali Huma Mwegħda Jekk Biss Issejjħu lil Ġesù, Mqar Għal Ġurnata Waħda Biss

Il-Ħamis, 14 ta’ April 2011 at 11:00

Grazzji Speċjali Huma Mwegħda Jekk Biss Issejjħu lil Ġesù, Mqar Għal Ġurnata Waħda Biss.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-14 ta’ April, 2011, fil-11 am.


Maħbuba binti, grazzi talli ddedikajt aktar ħin għal dan ix-Xogħol l-aktar Sagru. Wasal iż-żmien għalikom ilkoll, sabiex tiftħu qlubkom Miegħi, mqar għal ġurnata waħda biss, biex inkun nista’ Nimliekom bi Grazzji speċjali. Dawn il-Grazzji issa sejrin jingħataw lil dawk minnkom li nsew li Jien Neżisti tassew, hekk kif qiegħed joqrob iż-żmien tal-Ġimgħa l-Kbira. Hekk kif qiegħed joqrob iż-żmien għan-Novena ta’ qawwa kbira tal-Ħniena Divina, dan iż-żmien se jintuża sabiex jimla l-erwieħ tagħkom b’Don speċjali Minni. Qisu li issa tagħmlu kif qiegħed Ngħid, u titolbu fi kliemkom stess, Lili u llum. Il-Grazzji li sejjer Nagħtikom mhux biss se jressqukom eqreb lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħi, iżda se jimlewkom bl-Ispirtu s-Santu. Itolbu n-Novena tiegħi mill-jum tal-Ġimgħa l-Kbira, u inkludu kemm tistgħu erwieħ (nies ħajjin), u Jien Insalva lil kull wieħed u waħda minnhom.

Għal dawk minnkom li jaqgħu lura, anke wara d-devozzjoni Lejja, Jiena sejjer Ngħollikom 'il fuq għal darb’oħra, u għal darb’oħra. Araw li ma tibżgħux idduru lura Għandi jekk titbiegħdu. Jien qatt mhu sejjer Nabbanduna lil dawk li jibqgħu jiġu lura Għandi darba wara l-oħra. Bħala midinbin, dan għandu t-tendenza li jiġri. Qisu li ma tibżgħux, għaliex Jien Ninsab Wieqaf ħdejn kull wieħed u waħda minnkom, Lest sabiex Inħaddankom Miegħi kull darba li tiġu Għandi. Id-dnub jista’ jinħafer. Araw li qatt ma tħossukom ħatja tad-dnub, dlament li intom dduru Lejja biex titolbuni l-Maħfra. Jien dejjem Ninsab Hemm. Uliedi jużaw il-Ġimgħa Mqaddsa, sabiex jiftakru fis-Sagrifiċċji kollha li Jiena Għamilt għall-midinbin. Il-Kompassjoni tiegħi għadha qawwija. Din qatt ma naqset għall-erwieħ, anke għal dawk minnkom li dnubiethom Lili jikkawżawli offiżi kbar. Jekk xi ruħ tfittex il-Maħfra Tiegħi, allura dak id-dnub jitħassar. In-Novena tiegħi tal-Ħniena Divina sejra tnissel l-akbar Grazzji qawwija, meta tiġi reċitata mill-Ġimgħa l-Kbira sal-Festa tal-Ħniena Divina, li tiġi disat ijiem wara. Billi tirreċitaw din in-Novena, mhux biss issalvaw l-erwieħ tagħkom stess, iżda wkoll ta’ miljuni ta’ nies oħrajn. Agħmlu dan għalija.

Is-Salvatur Divin u Leali li jħobbkom kontinwament,
Ġesù Kristu