Stenbħu Għall-Verità Qabel Ma Jkun Tard Wisq.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-15 ta’ April, 2011, fil-11 pm.
Maħbuba binti, inti trid tgħid lid-dinja li r-Rieda l-aktar Qaddisa tiegħi issa trid tiġi osservata, jekk l-umanità trid il-Ħajja Eterna. Din id-dinja, għalkemm għandha ħafna x’toffri, qatt ma tisa’ tissodisfa l-kilba tagħkom. Li kieku ma kienx għad-dnubiet tal-ewwel ġenituri tagħkom, jiġifieri Adam u Eva, allura iva, dan kieku kien ikun possibbli, li intom tgħixu fil-hena eterna, mingħajr ostakli matul it-triq tagħkom. Imma, peress li l-Qarrieqi jinsab kullimkien, hu mhu se jħalli lil ħadd minnkom tippjanaw ħajjitkom sabiex tersqu Lejja. Huwa tassew makakk u giddieb, waqt li jibqa’ jistinka kontinwament sabiex jiżgura li taqgħu fid-dnub permezz ta’ diversi mezzi ta’ tentazzjoni. Madankollu, hu se jsibha diffiċli ħafna biex jeqridkom, jekk intom tkunu fi stat ta’ grazzja, u din tinkiseb permezz tal-Qrar u s-Sagramenti Mqaddsa.
Ir-Rużarju Mqaddes huwa effettiv b’mod speċjali kontra x-Xitan (Satana) minħabba l-poteri mogħtija lill-Verġni Mqaddsa, Ommi, minn Alla l-Missier Etern. Hija għandha poteri tremendi fuq il-Qarrieqi. Huwa m’għandu l-ebda saħħa kontriha u dan hu jafu. Jekk tħallu lil Qaddisa Ommi tiggwidakom lejn il-grazzji, li Hi tista’ tinterċedi għalikom, allura tkunu immuni għall-influwenza tax-Xitan.
Filwaqt li n-nies illum qegħdin jistinkaw għall-hena u l-paċi fuq din l-art, huma jinsabu jfittxu għal dik il-formula sigrieta. Għalhekk iqattgħu ħafna ħin jippruvaw isibu s-sigriet tal-hena, tal-qligħ materjali u tal-paċi f’ħajjithom. Huma jispiċċaw joħorġu b’modi ġodda u ideat, li kollha huma promossi permezz ta’ skemi biex jistagħnu. Irrispettivament mill-argumenti kollha li huma jressqu, li ħafna minnhom huma bbażati fuq idealiżmu mmexxi mill-psikoloġija, huwa sempliċement impossibbli li tiksbu l-paċi u l-ferħ f’ħajjitkom jekk ma temminx f’Alla, il-Missier Etern. Huwa biss l-uniku sors ta’ kull ħajja. Jekk intom ma tersqux Qrib tiegħu, se tibqghu vojta mill-ispirtu.
Dawk minnkom li qegħdin tinvestu ammont ta’ ħin konsiderevoli biex tippruvaw tiċħdu l-Eżistenza tiegħi, intom tinsabu taħlu l-ħin tagħkom, billi qegħdin tiġru wara l-ħolm, li qatt ma jista’ jseħħ. Ir-rifjut tar-ras iebsa tagħkom, li tagħrfu l-Ħallieq tagħkom, l-Essere Suprem li Ħalaq din id-dinja, se jwassalkom fl-abbiss tad-dlam etern. Ħafna nies bħalkom, li fil-passat ippruvaw jagħmlu minn kollox biex jiċħdu l-eżistenza ta’ Alla f’ħajjithom, billi jxerrdu l-gidba li ħaġa bħal din, jiġifieri Alla l-Missier, ma jeżistix, issa sfortunatament jinsabu fil-qiegħ nett tal-Infern, u dan bl-għażla tagħhom stess. Tħallux li dan jiġri lil ruħ tagħkom, fejn dawk li jispiċċaw fl-Infern, qegħdin jinħarqu daqslikieku għandhom ġisem tal-laħam. Kemm jidħak ix-Xitan bl-injoranza tagħkom. Meta intom tiċħdu lil Alla, tkunu qegħdin tiċħdu d-dritt tagħkom għall-hena eterna. Din l-istess hena eterna, hija dik li tinsabu tfittxu bla heda f’din id-dinja. Imma din ma tistax tinkiseb f’din id-dinja.
Qatt tgħixu ħajjitkom fid-dinja bħallikieku din hija l-unika parti miċ-ċiklu tal-eżistenza tagħkom, għax mhijiex. Id-Dar vera tagħkom se tkun fil-Ġenna Miegħi.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu