Kif Tistgħu Tiżguraw li l-Familji u l-Ħbieb Tagħkom Jidħlu l-Ġenna.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-15 ta’ April, 2011, fit-3.30 pm.
Maħbuba binti, Jiena nifraħ għax tant mis-segwaċi twajba u devoti tiegħi, qegħdin jingħaqdu flimkien matul il-Ġimgħa Mqaddsa, sabiex jonoraw is-Sagrifiċċju li Jien għamilt għal kulħadd. Sagrifiċċju li Jiena lest li nerġa’ nagħmlu minn jeddi, u għal kemm il-darb’ oħra mill-ġdid, sabiex insalva lil kull wieħed u waħda minnkom. L-Imħabba tiegħi hija profonda għal kull individwu fid-dinja, fejn kull wieħed u waħda minnkom, inħoloq permezz tar-Rieda Mqaddsa ta’ Alla, il-Missier Etern, il-Ħallieq tal-Umanità. Intom ilkoll għandkom post speċjali ħafna f’Qalbi, saħansitra wkoll, dawk minnkom li ma tafunix.
Li kieku intom kontu mwegħda ħajja fuq din l-art li toffrilkom ġid u hena, ħafna minnkom kontu taħtfu din l-opportunità. U dan minħabba li tant intom iddisprati biex tissodisfaw l-aspirazzjonijiet tagħkom tal-ġisem. Minn naħa l-oħra, kieku n-nies ġew offruti l-Ġenna tal-art, dawn kienu jsibuha diffiċli biex jimmaġinawha. Jiena Nifhem dan. Għaliex min għandu ruħu bierda, jkollu bżonn immaġinazzjoni kbira biex jifhem x’hinu dan il-post glorjuż. Huwa dejjem se jitħabat biex jimmaġina din l-entità glorjuża. L-uniċi nies li jistgħu jifhmu dan, huma dawk b’fidi qawwija fl-eżistenza ta' Alla.
L-uniku mod biex tifhmu tassew din il-ġawhra li qiegħda tistenna lil kull wieħed u waħda minnkom, huwa li ssaħħu it-twemmin tagħkom. U l-uniku mod biex tagħmlu dan, huwa li titolbu bis-sħiħ biex taraw il-Verità, id-Dawl, il-futur brillanti li hemm jistenna lil dawk kollha li jonoraw lil Alla, il-Missier li Jista' Kollox. Intom li temmnu Fija, intom tridu titolbu għal ħbiebkom, għall-irġiel u n-nisa tagħkom, għal qrabatkom, il-ġenituri, ħutkom, u għal wliedkom li għandhom fidi ċkejkna. It-talba tiegħi tal-Kurunella tal-Ħniena Divina, meta tiġi reċitata minnkom f’isimhom, issalva lir-ruħhom. Din issa hija l-Wegħda tiegħi lilkom.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu