Dak Li Se Tesperjenzaw Matul it-Twissija l-Kbira u t-Talba Għal Maħfra Immedjata

Is-Sibt, 16 ta’ April 2011 @ 10:00

Dak Li Se Tesperjenzaw Matul it-Twissija l-Kbira u t-Talba Għal Maħfra Immedjata.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-16 ta’ April, 2011, fl-10 am.


Maħbuba binti, fittex għaġġel biex teskala l-għarfien dwar il-Messaġġ tiegħi dwar it-Twissija l-Kbira, li issa kważi waslet fid-dinja. Għid lil dawk l-erwieħ (nies ħajjin) li qegħdin jirrifjutaw li jitolbu, sabiex iwarrbu l-kburija u l-istmerrija tagħhom, u biex iduru Lejja issa, ħalli jitolbu l-maħfra tiegħi. Kun ċara fi kliemek u għidilhom, li ħafna u ħafna erwieħ mhux se jibqgħu ħajjin minħabba dan l-avveniment imminenti. Ħafna minn dawn l-erwieħ huma sempliċement għażżenin u filwaqt li jistgħu, wara dan kollu, jemmnu f’Alla, il-Missier Etern, huma ddeċidew, li mbagħad, f’xi żmien aktar il-quddiem, jaħsbu fuq it-twemmin spiritwali tagħhom. Imma mbagħad dan se jkun tard wisq.

Għid lid-dinja, li dan l-avveniment se jsalvahom. Ħafna se jindmu matul din l-esperjenza mistika. Huma se jħossu sensazzjoni ta’ ħruq, mhux differenti minn dik li qegħdin jesperjenzaw l-erwieħ tal-purgatorju. Dan se jagħtihom lemħa ta’ dak li jridu jgħaddu minnu l-erwieħ, li mhumiex kompletament nodfa qabel ma jkunu jistgħu jaraw id-Dawl glorjuż tal-Ġenna. Jekk sempliċement jaċċettaw li dan l-avveniment jista’ jseħħ tassew, huma jistgħu jibqgħu ħajjin. Duru Lejja u għidu:

“Jekk jogħġbok, iggwidani lejn id-Dawl u t-Tjubija tal-Ħniena l-Kbira tiegħek u aħfirli dnubieti.”

U Jiena naħfrilkom dnubietkom immedjatament. Imbagħad wara t-Twissija l-Kbira tesperjenzaw paċi u ferħ profond f’ruħkom.


Iż-Żgħażagħ Isibuha Imbarazzanti Biex Jitolbu

Ħafna nies fid-dinja llum jirrifjutaw li jitolbu. Ħafna żgħażagħ b’mod partikolari, jsibuha xi ħaġa imbarazzanti u antikwata. Huma bi żball jemmnu, li iva, filwaqt li għandhom xi twemmin f’Alla, li t-talb mhuwiex neċessarju. Dan mhu veru xejn. It-talb huwa essenzjali sabiex intom tidħlu fil-Ġenna, għaliex inkella tixxennqu għaliha b’mod iddisprat wara l-mewt. Jekk tibqgħu fid-dnub, ma tistgħux idduqu din il-festa glorjuża. Bħal ma dawk minnkom li tieħdu ħsieb il-figura tagħkom bir-reqqa, u żżommu saħħithom f’kundizzjoni tajba, u fejn toqogħdu attenti x’jieklu, hekk ukoll tridu tippreparaw ruħkom b’dan il-mod. Jekk intom ma tagħtux kas mill-qrib tal-istat ta’ ruħkom, din issir fjakka u nieqsa mis-sustanzi meħtieġa, jekk intom tridu tiżguraw li tkunu f’forma perfetta.


Talba Sabiex Tikkonvertu Lil Ħaddieħor

Minħabba d-dgħufija tal-fidi fost dawk fid-dinja li jemmnu Fija, dawk minnkom li intom sodi fil-fidi tagħkom, issa għandkom din ir-responsabbiltà kbira quddiemkom. Hemm bżonn li intom titolbu din it-talba għall-konverżjoni tal-oħrajn:

“Inħeġġek Ġesù, fil-Ħniena Divina tiegħek, biex tgħatti dawk l-erwieħ bierda, bid-Demm Prezzjuż tiegħek sabiex ikunu jistgħu jikkonvertu.”

Għidu din it-talba qasira f’isem dawk li taħsbu li l-aktar għandhom bżonnha.

Ftakru, uliedi, fil-Wegħda glorjuża tiegħi. Jiena fl-aħħar se nirbaħ. Ix-Xitan (Satana), il-Qarrieqi, sempliċement ma jistax jibqa’ hawnhekk. Jekk jogħġobkom, ħalluni nipproteġikom u neħodkom miegħi. Tbigħux ruħkom lix-Xitan. Jien Inħobbkom ilkoll. Ibqgħu itolbuni biex insaħħaħ it-twemmin tagħkom kuljum.


Is-Salvatur Divin tagħkom,
Is-Sultan tal-Ħniena u l-Kompassjoni,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM