Pjan ta’ Ordni Dinji Ġdid Sabiex Jikkontrolla l-Flus u l-Ikel Tagħkom

Il-Ħadd, 17 ta’ April 2011 @ 09:00

Pjan ta’ Ordni Dinji Ġdid Sabiex Jikkontrolla l-Flus u l-Ikel Tagħkom.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-17 ta’ April, 2011, Ħadd il-Palm, fid-9 am.


Maħbuba binti, għid lid-dinja li issa dalwaqt se jaraw numru ta’ diżastri ekoloġiċi. Dawn se jseħħu fl-aktar postijiet mhux tas-soltu u mhux mistennija, u se jkunu kbar ħafna fl-intensità tagħhom. Hija l-imġieba midinba tal-bniedem li ġabet dan kollu. Indmu intom lkoll kemm intom, u ftakru li dawn id-diżastri fil-klima se jqajmukom mill-irqad għami tagħkom, u minn-nuqqas ta’ fidi tagħkom. Dawn qegħdin iseħħu wkoll, biex idgħajfu l-impatt tal-grupp krudili tal-alleanzi globali, u tal-attivitajiet mill-għar u stupidi tagħhom. Dawn l-għaqdiet, taħt l-isem li jien se nsejjaħlu bħala l-Gvern Dinji Ġdid, u li bħalissa qegħdin jistennew sabiex juru lilhom infushom, qed jippjanaw sabiex joħorġu waqt it-tmexxija tal-Antikrist. Huma dawn l-istess gruppi, li ġabu l-kollass tas-sistema bankarja, u issa se jeqirdu l-flus fl-idejn kullimkien. Dan kollu huwa sabiex ikunu jistgħu jikkontrollawkom.

Binti, meta Jien qsamt dan il-messaġġ miegħek għall-ewwel darba, xi xhur ilu, inti ħsibt li l-messaġġi dehru strambi, madankollu, inti ktibt dak li għedtlek. Il-pjan tal-waħx ta’ dawn is-sriep, segwaċi tax-Xitan (Satana), issa ilu jiġi ppjanat għal xi żmien. Xi wħud mill-pjanijiet makakki tagħhom, diġà qed jiġu żvelati, iżda ħafna nies jibqgħu jemmnu, li d-dinja sempliċement għaddejja minn kriżi finanzjarja oħra. Stenbħu lkoll issa. Ħarsu madwarkom u araw sew intom stess b’għajnejkom. Ieqfu tippruvaw tiskużaw billi tgħidu li d-dinja, sempliċement għaddejja minn dipressjoni ekonomija, kkawżata minn nuqqas ta’ kummerċ, għaliex dan mhux minnu. Dawn in-nies issa se jikkontrollaw lil kull wieħed u waħda minnkom permezz ta’ munita globali waħda, kif ukoll, id-dejn ta’ pajjiżkom. L-ebda pajjiż mhu se jaħrab minn taħt id-dwiefer tagħhom.

Jekk jogħġobkom, isimgħu sewwa l-Kelma tiegħi. Fluskom mhu se jiswew għal xejn. L-aċċess tagħkom għall-ikel u neċessitajiet oħra, se jkun possibbli biss permezz tal-Marka, l-identifikazzjoni li tkellimt dwarha. Jekk jogħġobkom u jekk jogħġobkom, taċċettawx din il-Marka għax biha tintilfu Minni. Din il-Marka se toqtolkom, mhux biss fiżikament iżda wkoll spiritwalment. Ibqgħu 'l-barra minn din l-awtorità setgħana. Ibdew ippjanaw il-ħażniet tagħkom tal-ikel, kutri, xemgħat u ilma issa, jekk tridu tevitaw li tirċievu l-Marka, il-Marka tal-Bhima.

Hu, l-Antikrist, li se jmexxi dan il-Gvern Dinji Ġdid, jemmen li se jisraq l-erwieħ tar-razza umana kollha. Imma dan mhux se jagħmlu. Hekk kif ħafna se jispiċċaw taħt l-influwenza tiegħu, hekk ukoll ħafna segwaċi tiegħi, se jibqgħu leali lejja, s-Salvatur Divin tagħhom.

Għalikom ilkoll, li biħsiebkom tmaqdru dawn il-profeziji, isimgħu issa. Jekk intom taqgħu taħt l-influwenza ta’ din il-qawwa mondjali, intom se tintilfu. Sejrin ikollkom bżonn fidi qawwija biex tibqgħu ħajjin. It-talb li titolbu se jiġi mwieġeb. Jiena se nipproteġikom matul dan il-perjodu tal-biża’ fid-dinja. Ippreparaw issa għal laqgħat fi gruppi, fejn tkunu tistgħu titolbu fil-paċi u bil-moħbi. Huma wkoll, dawn tal-Ordni Dinji Ġdid, se jkunu qed jitobu fil-knejjes diżgustanti tagħhom stess. Dawn il-knejjes vili, jeżistu kullimkien, għalkemm twaqqfu baxx baxx minn taħt, biex ma jidhrux. Huma saħansitra joffru sagrifiċċji u jagħtu ġieħ lill-idolu tagħhom, jiġifieri lix-Xitan.

Dawn il-kulti perikolużi, issa huma mifruxa sew, u kollha għandhom l-stess għan assurd, li jikkontrollaw il-bnedmin kollha. Huma se jagħmlu dan billi jippruvaw jieħdu l-kontoll ta’ fluskom, tal-provvisti tal-ikel u tal-enerġija tagħkom. Iġġieldulhom bl-aħjar mod li tistgħu, permezz tat-talb u t-tixrid tal-konverżjoni. Itolbu wkoll għal dawn in-nies imqarrqa li ġew imwiegħda ġid kbir, teknoloġija, għomor itwal u mirakli. Kemm huma żbaljati. Ġew verament imqarrqa. Meta wara kollox dawn isiru jafu l-Verità, digà jkunu niżlu fil-fond nett tal-Infern, imma mbagħad, hemm jkun tard wisq.

Itolbu u itolbu lkoll il-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi, u r-Rużarju Mqaddes kuljum, u kemm jista’ jkun ta’ spiss, biex ittaffu l-konsegwenzi ta’ dan il-pjan malizzjuż u mxajtan. Itolbu wkoll għal dawk l-erwieħ li se jintilfu fid-diżastri ekoloġiċi, issa imminenti madwar id-dinja, u kkawżati mill-Id ta’ Alla il-Missier. Huma jeħtieġu t-talb tagħkom. Jekk jogħġobkom isimgħu din il-karba tiegħi sabiex titolbu u hekk tiġu mwieġba.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM