Il-Korla ta’ Alla Se Tinżel Fuq L-Ordni Dinji Ġdid

Il-Ħadd, 17 ta’ April 2011 @ 19:00

Il-Korla ta’ Alla Se Tinżel Fuq L-Ordni Dinji Ġdid.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-17 ta’ April, 2011, Ħadd il-Palm, fis-7 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, b’dispjaċir kbir ikolli ngħidlek, li l-katastrofi ekoloġiċi imminenti se jirriżultaw f’telf kbir ta’ ħajja fl-Asja, fl-Ewropa, fir-Russja u fl-Istati Uniti tal-Amerika. Il-korla ta’ Alla, il-Missier Etern tiegħi, se tinżel malajr fuq din l-Alleanza Globali, li qed tippjana organizzazzjonijiet klandestini biex jikkaġunaw il-qtil tal-bqija tad-dinja, għall-gwadann tagħhom stess. Huma responsabbli għall-ħolqien ta’ rziezet fir-raba’ ta’ rikezza, kif ukoll teknoloġiji ġodda, li setgħu jgħammxulek għajnejkom, li kieku ma kinux daqshekk ħżiena fl-għanijiet tagħhom. Dawn in-nies, li ġejjin minn kull pajjiż avvanzat fid-dinja, huma sinjuri, b’saħħithom u talentużi, fejn qegħdin jikkontrollaw il-banek, il-militar, l-organizzazzjonijiet umanitarji dinjija, il-forzi tal-pulizija, il-gvernijiet, il-fornituri tal-enerġija u l-midja. Ħadd minnkom ma jista’ jaħrab minn taħt idejhom, sakemm Jien ma ngħidilkomx x’għandkom tagħmlu.

It-talb, speċjalment ir-reċitazzjoni tal-Kurunella tal-Ħniena Divina, se xxerred il-konverżjoni, u jekk tgħidu r-Rużarju Mqaddes, dan se jdgħajjef ix-xogħol ta’ dawn il-parassiti krudili, li l-idolu tagħhom huwa x-Xitan (Satana). Il-ħaġa interessanti hija din. Li ħafna minn dawn il-fanatiċi, maqbuda f’din ix-xibka qarrieqa jemmnu, li huma sempliċement ambizzjużi b’xewqa naturali għar-rikezza, u li huma m’għandhom l-ebda twemmin reliġjuż. Dak li ma jafux hu, li huma qegħdin jiġu mqarrqa mix-Xitan u jinsabu nfluwenzati minnu kuljum. Fil-ħsibijiet, fl-aspirazzjonijiet, fil-kliem u fl-għemejjel tagħhom. Kemm huma għomja.

Kull fejn huma jinsabu miġbura, hekk ukoll il-korla ta’ Alla se tinżel fuqhom b’forza tal-biża’. Dan diġà qiegħed jiġri. Huma sejrin jitwaqqfu, iżda dan se jieħu ftit tal-ħin. Din il-forza, mhux se twaqqafhom għalkollox, iżda se ddgħajjef l-impatt orribbli tagħhom, biex l-għemejjel tagħhom ma jirnexxux. It-Trinità Mqaddsa issa hija attiva fil-komunikazzjoni mal-erwieħ magħżula (nies ħajjin) madwar id-dinja kollha. Dawk li jemmnu Fija, diġà ndunaw b’dan. Dawk li ma jemmnux f’Alla, il-Missier, jaħsbu li dawn in-nies huma sempliċement nies eċċentriċi, iffissati fuq l-aħħar tad-dinja. Filwaqt li ħafna nies fid-dinja llum, tabilħaqq jistgħu jagħmlu stqarrijiet foloz, jekk jogħġobkom tinjorawhomx mingħajr ma l-ewwel tisimgħu x’għandhom xi jgħidu. Qisu li dejjem titolbu għall-Gwida tiegħi matul dawn iż-żminijiet diffiċli u konfużi. Żommu l-attenzjoni tagħkom iffukata Fuqi, Jien is-Salvatur Divin tagħkom, il-ħin kollu. Jiena se nżommilkom idejkom u ngħinkom matul dawn il-provi.

Ħafna nies, meta sejrin jaraw dawn il-profeziji joħorġu għad-dawl, se jippanikjaw u f’ħafna każijiet se jitwerwru. Imma m’hemmx għalfejn tibżgħu, għaliex dan il-perjodu se jkun għal żmien qasir. U mbagħad sejrin jaslu s-Sema u l-Art il-Ġdida, fejn intom ilkoll se tgħixu ħajja paċifika, twila, mimlija hena u f’għaqda Miegħi.

Iktar ma jkun hemm nies li jduru lura u jitolbu l-Gwida ta’ Alla l-Missier, inqas ser ikun l-impatt tar-renju krudil, ippjanat mill-Ordni Dinji Ġdid. Morru issa fil-paċi. Itolbu biex isaħħu t-twemmin tagħkom Fija.


Is-Salvatur Ħanin u l-Imħallef Ġust tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM