Il-Korla ta’ Alla Sejra Tinżel Fuq L-Ordni Dinji Ġdid.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-17 ta’ April, 2011, Ħadd il-Palm, fis-7 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, b’dispjaċir kbir Ikolli Ngħidlek, li l-katastrofi ekoloġiċi imminenti, sejrin iwasslu għal telf kbir ta’ ħajja fl-Asja, fl-Ewropa, fir-Russja u fl-Istati Uniti tal-Amerika. Il-Korla ta’ Alla, il-Missier Etern tiegħi, se Tinżel malajr fuq din l-Alleanza Globali, li qed tippjana organizzazzjonijiet klandestini sabiex jikkaġunaw il-qtil tal-bqija tad-dinja, għall-gwadann tagħhom stess. Huma responsabbli għall-ħolqien ta’ klikkek ta’ rikezza kbira, kif ukoll teknoloġiji ġodda, u li kieku kellkom tarawhom, jgħammxulkom għajnejkom, daqs kemm huma ħżiena fl-għanijiet tagħhom. Dawn in-nies, li ġejjin minn kull pajjiż avvanzat fid-dinja, huma sinjuri, potenti u talentużi, fejn jinsabu jikkontrollaw il-banek, il-militar, l-organizzazzjonijiet umanitarji dinjija, il-forzi tal-pulizija, il-gvernijiet, il-fornituri tal-enerġija u l-midja. Ħadd minnkom ma jista’ jaħrab minn taħt idejhom, sakemm Jien ma Ngħidilkomx x’għandkom tagħmlu.
It-talb, speċjalment ir-reċitazzjoni tal-Kurunella tal-Ħniena Divina, sejra xxerred il-konverżjoni, u jekk tgħidu r-Rużarju Mqaddes, dan se jdgħajjef ix-xogħol ta’ dawn il-parassiti krudili, li l-idolu tagħhom huwa x-Xitan (Satana). Il-ħaġa interessanti hija din: Li ħafna minn dawn il-fanatiċi, maqbuda f’din ix-xibka qarrieqa jemmnu, li huma sempliċement ambizzjużi b’xewqa naturali għar-rikezza, u li huma m’għandhom l-ebda twemmin reliġjuż. Dak li ma jafux hu, li huma qegħdin jiġu mqarrqa mix-Xitan u jinsabu nfluwenzati minnu kuljum. Jiġifieri, fil-ħsibijiet, fl-aspirazzjonijiet, fil-kliem u fl-għemejjel tagħhom. Jaħasra kemm huma għomja.
Kull fejn huma jinsabu miġbura, hekk ukoll il-Korla ta’ Alla sejra Tinżel fuqhom b’forza tal-biża’. Dan diġà qiegħed jiġri. Huma sejrin jitwaqqfu, iżda dan se jieħu ftit taż-żmien. Din il-forza, mhux sejra twaqqafhom għalkollox, iżda se ddgħajjef l-impatt orribbli tagħhom, biex l-għemejjel tagħhom ma jirnexxux. It-Trinità Mqaddsa issa hija attiva fil-komunikazzjoni mal-erwieħ magħżula (nies ħajjin) madwar id-dinja kollha. Dawk li jemmnu Fija, diġà ndunaw b’dan. Dawk li ma jemmnux f’Alla, il-Missier, jaħsbu li dawn in-nies ta’ fidi, huma sempliċement nies eċċentriċi, iffissati fuq l-aħħar tad-dinja. Filwaqt li ħafna nies fid-dinja llum, tabilħaqq jistgħu jagħmlu stqarrijiet foloz, jekk jogħġobkom tinjorawhomx mingħajr ma l-ewwel tisimgħu x’għandhom xi jgħidu. Qisu li dejjem titolbu għall-Gwida tiegħi matul dawn iż-żminijiet diffiċli u konfużi. Żommu l-attenzjoni tagħkom iffukata Fuqi, Jien is-Salvatur Divin tagħkom, il-ħin kollu. Jiena sejjer Inżommilkom idejkom u Ngħinkom matul dawn il-provi.
Ħafna nies, meta se jaraw dawn il-Profeziji joħorġu għad-dawl, sejrin jippanikjaw u f’ħafna każijiet sejrin anke jitwerwru. Imma m’hemmx għalfejn tibżgħu, għaliex dan il-perjodu se jkun għal żmien qasir biss. U mbagħad sejrin jaslu s-Sema u l-Art il-Ġdida, fejn intom ilkoll sejrin tgħixu ħajja paċifika, twila, mimlija hena u f’għaqda Miegħi. Iktar ma jkun hemm nies li jduru lura u jitolbu l-Gwida ta’ Alla l-Missier, inqas sejjer ikun l-impatt tar-renju krudil, ippjanat mill-Ordni Dinji Ġdid. Morru issa fil-paċi. Araw li titolbu sabiex isaħħu t-twemmin tagħkom Fija.
Is-Salvatur Ħanin u l-Imħallef Ġust tagħkom,
Ġesù Kristu