Ieqfulhom l-Attakki tax-Xitan.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-20 ta’ April, 2011, l-Erbgħa tat-Tnibri, fil-5.45 pm.
Binti, il-fidi tiegħek qieghda tiġi ppruvata kontinwament, u ma’ kull siegħa tal-ġurnata, minħabba li inti qegħda tiġi sfurzata minn nies barranin, sabiex twarrab dawn il-Messaġġi. Kun af, li dan dejjem se jiġri. Imma issa wasal iż-żmien li tidra dan it-turment. Inti issa għandek tkun ċerta aktar minn qatt qabel, li dawn il-Messaġġi huma awtentiċi u ġejjin Minni, s-Salvatur Divin tal-Umanità, Ġesù Kristu. Jiena Jiddispjaċini meta Nara lil dawk li jemmnu Fija, u b’mod partikolari dawk li huma tant influwenzati mill-Qarrieqi, sabiex huma jiċħdu l-Kelma l-Aktar Qaddisa tiegħi, meta din qegħda tiġi ppreżentata lid-dinja sabiex jisimgħuha.
Binti, issa inti tinsab aktar milli kapaċi, sabiex tinjora l-ilħna kollha li qegħdin jiddikjaraw li qed jitkellmu bl-awtorità mogħtija lilhom minn suppost sorsi Divini. Hemm ħafna Profeti Foloz preżenti fid-dinja llum u mhux veru dak li qegħdin jgħidu, li huma dak li huma. Inti qis li tisma’ biss Leħni, kif digà Għedtlek qabel. Inti m’għandekx bżonn l-approvazzjoni ta’ xi ħaddieħor sabiex tkompli b’dan ix-Xogħol Sagru. Maż-żmien, dawn il-volumi ta’ Messaġġi Sagra għad jibdew jiġi aċċettati. Ara li qatt ma temmen dak qed jgħidu, meta tiġi ttantata minn xi erwieħ (nies ħajjin) żbaljati u li mhumiex ispirati mis-Sema, għaliex dan mhux minnu. Warrab il-gideb kollu li se jidħol f’widnejk mill-Qarrieqi, ix-Xitan (Satana), hu binti, jrid iwaqqaf dan ix-Xogħol u se jagħmel minn kollox sabiex iżommok milli twettaq din il-Missjoni.
Qum issa u tkellem bl-awtorità tal-Ispirtu s-Santu, li ngħatatlek, binti prezzjuża. Inti Messaġġiera magħżula biex twassal kif Għidtek, l-aktar Messaġġi importanti għall-umanità f’dawn iż-żminijiet. Inti Lili tagħmilni ħafna Ferħan bil-qawwa u l-kuraġġ li wrejt quddiem l-attakki li kellek tissaporti minn idejn ix-Xitan. Ftakar madankollu, li inti trid taċċetta dan ix-Xogħol bl-umiltà kif mistennija minnek. Ilqagħni f’ruħek issa u kuljum, għal aktar Grazzji. Jien Inħobbok binti. Is-Sema tifraħ bil-ħeffa li biha inti qegħda tirrispondi għar-rieda l-Aktar Qaddisa tiegħi.
Is-Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu