Iddefendu d-Dritt ta’ Wliedkom għal Edukazzjoni Nisranija.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-23 ta’ April, Sibt il-Għid, 2011, f’12:05 am.
Maħbuba binti, illum huwa l-mument għal dawk kollha li jemmnu fil-Passjoni tas-Salib, biex jgħinu jerfgħuh, sabiex il-Kelma tiegħi tkun tista’ tinstema’ mill-ġdid fid-dinja. Fakkarhom kif Jien mitt, u għaliex dan is-Salib jirrappreżenta s-Salvazzjoni. Issa huwa d-dmir tiegħek li tinforma lil dawk li tilfu triqthom, biex jiftħu qalbhom mill-ġdid għall-Verità tat-Tagħlim tiegħi.
Qumu issa u ddefendu d-drittijiet tagħkom li tkunu Nsara. Filwaqt li nistenna tolleranza min-naħa tagħkom, fejn tridu tirrispettaw il-fehmiet ta’ reliġjonijiet oħra, qatt tinsulentawni billi twarrbu l-Kristjaneżmu tagħkom fil-ġenb jew fit-tieni post. Hija duttrina żbaljata u perikoluża meta t-tolleranza titpoġġa qabel il-Verità. Kunu miftuħa għal reliġjonijiet oħra u ttrattaw lil ħutkom bl-istess mod. Madankollu, qatt m'għandkom tħossukom sfurzati biex twarrbu t-twemmin tagħkom, jew tiċħdu lil uliedkom id-dritt għal edukazzjoni Nisranija.
Ħafna skejjel immexxija minn organizzazzjonijiet Nsara, qed iċedu għall-pressjoniji biex jabbandunaw il-lealtà tagħhom Lejja. Ħafna gvernijiet qed jippruvaw jipprojbixxu l-Kristjaneżmu bil-ħruġ ta’ liġijiet ġodda. Madankollu, intom se tindunaw li r-reliġjonijiet l-oħra mhux Nsara, sejrin ikunu trattati b’inqas ħruxija. Anzi, kwalunkwe reliġjon oħra se tkun itollerata b’mod aktar favorevoli mill-Kristjaneżmu.
Iġġieldu għall-fidi tagħkom issa. Itolbu għall-konverżjoni. Itolbu biex dawk ir-reġimi li jxekklu d-dritt tagħkom li tkunu Nsara, biex juru aktar tolleranza. Jekk tonqsu milli tirreżistu dawn il-pressjonijiet fuqkom, id-dinja ssir sterili, minħabba li jkun hemm inqas Nsara li jipprattikaw il-fidi tagħhom.
Erfgħu dan is-salib mil-lum u kunu ta’ eżempju għal ħaddieħor. Qatt tistħu mis-Salib.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu,
Sultan tal-Bnedmin Kollha