Wiegħedu l-Lealtà Tagħkom lill-Ħniena Divina Tiegħi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-23 ta’ April, Sibt il-Għid, 2011, fl-4.40 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, huwa b’ħafna ferħ li wliedi issa qegħdin jiċċelbraw it-tifkira tal-Qawmien tiegħi mill-mewt. Din is-sena hija importanti, għaliex timmarka l-bidu tal-Era Ġdida tal-Illuminazzjoni, li mistennija tibda fid-dinja dalwaqt.
Ir-rigal kbir tiegħi tal-Ħniena, sejjer jġib ħafna serħan f’dawk li jemmnu Fija, u se joħloq sens kbir ta’ ewforija fost dawk li ma jemmnux, għaliex huma se jikkonvertu. Meta dawn jiskopru l-verità, se jkollhom qalbhom ħafifa u se jimtlew bl-imħabba għal Alla, il-Missier Etern u Għalija, Jien, is-Salvatur Divin tagħkom. Anke dawk li mhumiex Kristjani se jifhmu l-Verità tal-Eżistenza tiegħi. Fl-aħħar, dan se jwassal għal sens kbir ta’ ferħ u mħabba fid-dinja.
It-Twissija l-Kbira Trid Tkun Segwita bit-Talb
Madankollu, huwa importanti li tiftakru lezzjoni importanti waħda dwar it-Twissija l-Kbira. Issa din il-ġrajja kbira, meta intom ilkoll se taraw, mhux biss dnubietkom kif narahom Jien, iżda se tifhmu l-Verità dwar il-ħajja li jmiss, trid tkun segwita bit-talb.
Sfortunatament, wara din, ħafna nies se jerġgħu jaqgħu lura fid-dnub. Għalhekk issa huwa ż-żmien li tippreparaw biex tevitaw din is-sitwazzjoni, billi titolbu l-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi kull ġurnata ta’ ħajjitkom. Jekk intom taqbdu din id-drawwa, li titolbu din it-talba qawwija, intom iżżommu l-livell ta’ konverżjoni u l-fidi li se jaħkmu lid-dinja minn dakinhar ’il quddiem.
Ifirħu, itolbu u rringrazzjawni, Jien is-Salvatur Divin tagħkom, għal din il-Ħniena l-Kbira. Inżlu għarkupptejkom u faħħru lil Alla, il-Missier, għad-Don tas-Sagrifiċċju li Jien għamilt. It-talb sejjer jgħin biex idgħajjef l-impatt tal-persekuzzjoni mill-Alleanza Globali tad-Dinja l-Ġdida, li se seħħ wara. Jekk ikun hemm nies biżżejjed minnkom, li tibqgħu leali Lejja, għat-Tagħlim tiegħi u tkomplu titolbu, kif ukoll tirċievu s-Sagramenti, tistgħu tbiddlu l-andament ta’ dawn il-ġrajjiet, li se jiġru wara.
Kemm hi qawwija l-Ħniena Divina tiegħi. Ħafna minnkom għadkom ma tistgħux tifhmu is-sinifikat tagħha. Ħafna oħrajn, sfortunatament, qatt ma semgħu biha qabel.
Għal dawk minnkom leali Lejja, issa Jien irrid nagħmel talba speċjali ħafna lilkom. Jiena ma rridx nara lil xi ħadd minn uliedi jinqered. Huwa għalhekk li se tkun qiegħda tingħatalkom it-Twissija l-Kbira. Din se turi lil kull wieħed u waħda minnkom, inklużi dawk ix-xettiċi fostkom, x’se jiġri eżatt fl-Aħħar Ġudizzju. Għalhekk, biex tgħinuni nsalva kull ruħ (persuna ħajja), irridkom twiegħdu r-rigal tagħkom stess Lili sabiex tgħinuni nirbaħ l-erwieħ.
Oħolqu gruppi ta’ talb tal-Ħniena Divina madwar id-dinja kollha u għidu din it-talba għal kull persuna, li tafu li tista’ tkun qiegħda tmut, għaliex Jien niggarantixxi s-salvazzjoni tagħhom, jekk intom tagħmlu dan. Inġabru issa poplu tiegħi. Imxu wara s-Salvatur tagħkom. Itolbu bħal ma qatt tlabtu qabel, sabiex imbagħad aktar erwieħ jiġu salvati. Hekk ukoll, kollha kemm intom, issiru parti mid-Dinja l-Ġdida li Jiena wegħedtkom meta s-Sema u l-Art sejrin jingħaqdu flimkien ħaġa waħda. Dan il-futur glorjuż huwa għalikom ilkoll. Minflok ma tibżgħu minn din il-bidla kbira, iftħu moħħkom, qlubkom u ruħkom, għall-ferħ kbir li ġej il-quddiem. Jekk intom tingħaqdu bħala grupp wieħed, kbir u qawwi, madwar id-dinja kollha, f’kull pajjiż, f’kull familja, f’kull knisja u f’kull komunità sejrin tagħmlu differenza kbira.
It-talb tagħkom se jgħin biex jipprevjeni ħafna mill-persekuzzjoni, li se sseħħ kif imbassar. Għalhekk, bħala rispett Lejja, Jiena, is-Salvatur tagħkom, li qatt ma nieqaf inħobbkom, segwuni issa.
Jiena ninsab ngħix f’kull wieħed u waħda minnkom. Jiena naf x’hemm ġewwa qlubkom u ruħkom. Jekk intom tagħtini l-wegħda tal-ħniena tagħkom għal ħutkom, intom sejrin tirċievu grazzji speċjali.
Is-Sultan Divin tal-Ħniena,
l-Imħallef Ġust tagħkom,
Ġesù Kristu