Wegħedu l-Lealtà Tagħkom lill-Ħniena Divina Tiegħi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-23 ta’ April, Sibt il-Għid, 2011, fl-4.40 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, huwa b’ħafna ferħ li wliedi issa qegħdin jiċċelbraw it-tifkira tal-Qawmien tiegħi mill-Mewt. Din is-sena hija importanti, għaliex timmarka l-bidu tal-Era Ġdida tal-Illuminazzjoni, li mistennija tibda fid-dinja dalwaqt. Ir-Rigal kbir tiegħi tal-Ħniena, sejjer jġib ħafna serħan f’dawk li jemmnu Fija, u se joħloq sens kbir ta’ ewforija fost dawk li ma jemmnux, għaliex huma sejrin jikkonvertu. Meta dawn jiskopru l-verità, se jkollhom qalbhom ħafifa u sejrin jimtlew bl-imħabba għal Alla, il-Missier Etern u Għalija, Jien, is-Salvatur Divin tagħkom. Anke dawk li mhumiex Kristjani sejrin jifhmu l-Verità tal-Eżistenza tiegħi. Fl-aħħar, dan se jwassal għal sens kbir ta’ ferħ u mħabba fid-dinja.
It-Twissija l-Kbira Trid Tkun Segwita bit-Talb
Madankollu, huwa importanti li tiftakru lezzjoni importanti waħda dwar it-Twissija l-Kbira: Issa din il-ġrajja kbira, meta intom ilkoll sejrin taraw, mhux biss dnubietkom kif narahom Jiena, iżda se tifhmu l-Verità dwar il-ħajja li jmiss, trid tkun segwita bit-talb. Sfortunatament, wara din, ħafna nies se jerġgħu jaqgħu lura fid-dnub. Għalhekk issa huwa ż-żmien li tippreparaw biex tevitaw din is-sitwazzjoni, billi titolbu l-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi kull ġurnata ta’ ħajjitkom. Jekk intom taqbdu din id-drawwa, li titolbu din it-talba qawwija, intom iżżommu l-livell ta’ konverżjoni u l-fidi li se jaħkmu lid-dinja minn dakinhar ’il quddiem.
Qisu li tifirħu, titolbu u tirringrazzjawni, Jien is-Salvatur Divin tagħkom, għal din il-Ħniena l-Kbira. Inżlu għarkupptejkom u faħħru lil Alla, il-Missier, għad-Don tas-Sagrifiċċju li Jien għamilt. It-talb sejjer jgħin sabiex idgħajjef l-impatt tal-persekuzzjoni mill-Alleanza Globali tad-Dinja l-Ġdida, li se seħħ wara. Jekk ikun hemm nies biżżejjed minnkom, li tibqgħu leali Lejja, għat-Tagħlim tiegħi u tkomplu titolbu, kif ukoll tirċievu s-Sagramenti, intom tistgħu tbiddlu l-andament ta’ dawn il-ġrajjiet, li se jiġru wara. Kemm hi qawwija l-Ħniena Divina tiegħi! Ħafna minnkom għadkom ma tistgħux tifhmu is-sinifikat tagħha. Ħafna oħrajn, sfortunatament, qatt ma semgħu biha qabel.
Għal dawk minnkom leali Lejja, issa Jien Irrid Nagħmel talba speċjali ħafna lilkom: Jiena ma Rridx Nara lil xi ħadd minn uliedi jinqered. Huwa għalhekk li se tkun qegħda tingħatalkom it-Twissija l-Kbira. Din sejra turi lil kull wieħed u waħda minnkom, inklużi dawk ix-xettiċi fostkom, x’se jiġri eżatt fl-Aħħar Ġudizzju. Għalhekk, sabiex tgħinuni Nsalva kull ruħ (persuna ħajja), Irridkom twiegħdu r-rigal tagħkom stess Lili, sabiex tgħinuni Nirbaħ l-erwieħ.
Oħolqu gruppi ta’ talb tal-Ħniena Divina madwar id-dinja kollha u għidu din it-talba għal kull persuna, li tafu li tista’ tkun qiegħda tmut, għaliex Jien Niggarantixxi s-salvazzjoni tagħhom, jekk intom tagħmlu dan. Inġabru issa poplu tiegħi. Imxu wara s-Salvatur tagħkom. Itolbu bħal ma qatt tlabtu qabel, sabiex imbagħad aktar erwieħ jiġu salvati. Hekk ukoll, kollha kemm intom, issiru parti mid-Dinja l-Ġdida li Jiena Wegħedtkom meta s-Sema u l-Art sejrin jingħaqdu flimkien ħaġa waħda. Dan il-futur glorjuż huwa għalikom ilkoll. Minflok ma tibżgħu minn din il-bidla kbira, iftħu moħħkom, qlubkom u ruħkom, għall-ferħ kbir li ġej 'il quddiem. Jekk intom tingħaqdu bħala grupp wieħed, kbir u qawwi, madwar id-dinja kollha, f’kull pajjiż, f’kull familja, f’kull knisja u f’kull komunità, intom sejrin tagħmlu differenza kbira.
It-talb tagħkom sejjer jgħin sabiex jipprevjeni ħafna mill-persekuzzjoni, li se sseħħ kif imħabbar. Għalhekk, bħala rispett Lejja, Jiena, is-Salvatur tagħkom, li qatt ma nieqaf Inħobbkom, segwuni issa. Jiena ninsab ngħix f’kull wieħed u waħda minnkom. Jiena naf x’hemm ġewwa qlubkom u ruħkom. Jekk intom tagħtini l-wegħda tal-ħniena tagħkom għal ħutkom, intom sejrin tirċievu Grazzji speċjali.
Is-Sultan Divin tal-Ħniena,
l-Imħallef Ġust tagħkom,
Ġesù Kristu