Ikkonvertu lil Ħaddieħor ma’ Kull Opportunità

Il-Ħadd, 24 ta’ April 2011 @ 20:30

Ikkonvertu lil Ħaddieħor ma’ Kull Opportunità.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-24 ta’ April, Ħadd il-Għid, 2011, fit-8.30 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, illum huwa jum sinifikanti għaliex il-Qawmien tiegħi mill-imwiet, wettaq il-Wegħdiet tiegħi lill-bniedem, li meta Jiena Nqum, Jiena ngħinkom billi ngħollikom lkoll 'il fuq, lejn id-Dawl tal-Ġenna. Qumu issa intom ilkoll u ersqu Lejja u lejn is-salvazzjoni tagħkom stess.

Uliedi, intom tridu tikkonvertu lil ħaddieħor ma’ kull opportunità li jkollkom. Iktar ma tispjegaw u iktar ma turu lil dawk l-erwieħ dgħajfa, l-imħabba li għandkom f’qalbkom, allura tkunu ksibtu r-riżultat aħħari, li huwa ta’ meta tikkonvertu ruħ oħra (persuna ħajja).

Jiena se nxerred fuqkom barkiet kbar. Dan huwa rigal speċjali ħafna Minngħandi u jirrappreżenta att ta’ ħniena kbira min-naħa tagħkom.

Bil-Konverżjoni uliedi, sejrin isalvaw l-erwieħ. Meta sseħħ konverżjoni, din imbagħad tinfirex ma dawk l-istess ħbieb u l-konoxxenti tal-persuna li ġiet konvertita. Il-konverżjoni tkattar aktar konverżjoni. Araw li ma jimpurtax jekk jidħqu bikom jew tiġu ttrattati bħallikieku tkunu qed titkellmu bla sens. Min-naħa tagħkom, intom is-segwaċi leali u maħbubin tiegħi, tkunu teħtieġu ħafna kuraġġ. Imma kull darba li tqumu bilwieqfa u tispjegaw it-Tagħlim tiegħi lil ħaddieħor, in-nies sejrin jisimgħukom. Filwaqt li xi wħud jistgħu jitbissmulkom, u jkunu jidhru li ma jkunux qegħdin jeħdukom bis-serjetà, fil-fond ta’ qalbhom, ħafna minnhom ikunu qegħdin jisimgħu dak li għandkom xi tgħidu.

Meta l-Ispirtu s-Santu jaħdem permezz tagħkom waqt xogħolkom, min ikun qiegħed jisma’, iħoss qalbu tingħafas. Madankollu, huwa mhux se jkun jaf għaliex. Imbagħad intom tiġbduhom eqreb lejkom.

Xi wħud min-nies se jirrispondu bil-mod ħafna. Għalhekk qisu li tkunu paċenzjużi. Huma se jibdew iċedu naqra naqra. L-ewwel se jistaqsukom xi mistoqsija. Din ġeneralment ikollha x’taqsam ma’ xi ħaġa, jekk hijiex tajba jew ħażina. Imbagħad dak ikun il-mument li l-konverżjoni tibda’ tnissel l-għeruq. Qisu li qatt ma taqtgħu qalbkom ixxerrdu l-verità tat-Tagħlim tiegħi. Dan m’għandkomx għalfejn tagħmluh, bħallikieku kontu xi predikaturi. Pjuttost jista’ jsir sottili ħafna. Ikkonvertu lil ħaddieħor fil-ħajja tagħkom ta’ kuljum, permezz ta’ xi konverżazzjoni ordinarja. B’dan il-mod in-nies jilqgħu aktar dak li tkunu qegħdin tgħidulhom.

Uliedi, madankollu, intom se tħossukom ixxukkjati bir-reazzjoni ta’ xi nies oħrajn, speċjalment dawk li qed jgħixu ħajjithom fiċ-ċaħda t’Alla u fid-dlam. Ir-reazzjoni tagħhom se tkun aggressiva u b’ton ta’ tmaqdir. Sejrin tkunu mistoqsijin, kif inhu possibbli li intom temmnu f’dan l-imbarazz. Imbagħad se tiġu anke mċanfra u nsultati. Huma se jikkontestaw l-intelliġenza tagħkom. Sejrin tkunu akkużat li intom dortu lejn ir-reliġjon minħabba diffikultajiet personali tagħkom. Xi minn daqqiet se tħossukom imbarazzati u tistgħu issibuha diffiċli biex tiddefendu lilkom infuskom. Ibqgħu siekta f’sitwazzjonijiet bħal dawn. Imbagħad kultant, sempliċement staqsu xi mistoqsija.

Staqsu lil dawn l-erwieħ “Għaliex qegħdin tħossukom hekk”? Iktar ma tistaqsuhom mistoqsijiet, iktar dawn in-nies jibdew jaħsbu fuq it-tweġibiet tagħhom stess. Intom mhux se tikkonvinċu lil kulħadd dwar il-Verità. Madankollu, kull tentattiv min-naħa tagħkom, se jgħollikom f’Għajnejja.

Morru issa wliedi. Ikkonvertu n-nies f’Ismi u intom tingħataw ħafna u ħafna Grazzji.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM