Ir-Rewwixta Għarbija Se Tqanqal Inkwiet Globali, l-Italja Se Tbati l-Konsegwenzi

It-Tlieta, 26 ta’ April 2011 @ 20:10

Ir-Rewwixta Għarbija Se Tqanqal Inkwiet Globali, l-Italja Se Tbati l-Konsegwenzi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-26 ta’ April, 2011, fit-8.10 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, ninsab inxerred id-Dmugħ għal-uliedi kollha tiegħi bħalissa, ittorturati fid-dinja, u li huma vittmi ta’ vjolenza u abbuż, li ma jispiċċa qatt. Uliedi l-prezzjużi u msieken, qegħdin isofru kullimkien u madwar id-dinja kollha, u dan speċjalment fid-dinja Għarbija. Inħossni nkun qiegħed immut minħabba t-tbatija tagħhom, għal dawk l-erwieħ imsieken u li ma jistgħu jagħmlu xejn. Jekk jogħġbok binti, itlob għalihom, billi toffri t-tbatija tiegħek għalihom.

L-atroċitajiet li qed jitwettqu fid-dinja Għarbija, sfortunatament se jkomplu, hekk kif aktar nazzjonijiet Għarab se jkunu nvoluti f’sensiela ta’ kunflitti. Dak il-mument tal-ewwel wieħed, mill-assassinji li kellimtek dwarhom fi Frar li għadda, issa sejjer iseħħ dalwaqt. Ir-rewwixti tad-Dinja Għarbija se jqanqlu inkwiet indirettament, f’kull rokna tad-dinja.

L-Italja se tkun strumentali f’dawn il-konsegwenzi li se jwasslu għall-involviment ta’ potenzi globali fi gwerra, imma waqt li dawn l-avvenimenti kollha huma inevitabbli, it-talb jista’ jtaffi t-tbatija. Itlob binti, li n-nies iduru Lejja u jitolbuni għall-għajnuna u l-gwida f’dawn iż-żminijiet ta' taqlib kbir.

Jiena ma rridx nara lil uliedi jsofru. Imma se jkollhom isofru sakemm il-Verità tiġi żvelata matul it-Twissija l-Kbira. Itlob issa għal dawk id-dittaturi żbaljati u li qegħdin joqtlu erwieħ (nies ħajjin) innoċenti.

Qiegħed hawn insejjaħ lill-Qaddejja Sagri tiegħi (is-Saċerdoti), madwar id-dinja, sabiex jaċċettaw il-profeziji mbassra fil-Ktieb tal-Apokalissi u li issa qed jiżvolġu. Ferrxu l-Verità tat-Tagħlim tiegħi u salvaw il-merħla tagħkom qabel ma jiskadi dan iż-żmien. Morru issa. Araw li tgħmlu dmirkom lejja. Qiegħed insejjaħ lil dawk minnkom li ġibtu fix-xejn it-Tagħlim tiegħi, sabiex tieqfu issa. Ħarsu f’qalbkom u għidu lill-poplu tiegħi l-Verità, li huma ma jistgħux, u mhux se jiġu salvati, sakemm ma jfittxux il-maħfra għal dnubiethom. Huma jridu jumiljaw ruħhom f’Għajnejja u jitolbuni biex nagħtihom id-Don tal-Maħfra.

Intom, il-Qaddejja Sagri tiegħi, issa hemm bżonn li twettqu r-rwol li għalih ġejtu magħżula. Qisu li tkunu kuraġġużi. Ippridkaw il-Verità.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM