In-Nies mad-Dinja Kollha Għandom l-Istess Karatteristiċi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-30 ta’ April, 2011, fit-8.45 pm.
Illejla Jiena qiegħed Nifraħ maħbuba binti, għall-mod kif inti qegħda tobdini. L-ubbidjenza tiegħek f’li tattendi għall-Quddiesa ta’ kuljum, u tirċievi l-Ewkaristija l-Iktar Imqaddsa, Lili togħġobni. Issa inti qegħda tissaħħah f’moħħok u fl-ispirtu, sabiex twieġeb malajr għar-Rieda l-Iktar Imqaddsa tiegħi. Għad baqgħalek ħafna xogħol x’tagħmel biex tipprepara ruħek binti, fil-mixja tiegħek lejn il-perfezzjoni, li hija meħtieġa minnek. Ara li qatt ma tibża’, għaliex Jiena qiegħed Niggwidak ma’ kull pass tal-mixja tiegħek.
Binti, kemm Inħobb lill-midinbin, kemm Nixxennaq għall-lealtà tagħhom Lejja. Jien Inħares u Nara n-nies mal-ħbieb u l-familja, ferħanin jidħqu fid-djar tagħhom, u Nimtela bil-ferħ, għaliex l-Ispirtu tiegħi huwa preżenti hemmhekk. Imbagħad Inħares lejn djar oħra, u Nara diżordni sħiħa, dwejjaq, rabja, u f’xi każijiet ħażen fil-forma ta’ abbuż. U Jiena Nibki. Għaliex Naf li x-Xitan (Satana) huwa preżenti f’dik id-dar. Imbagħad Nosserva u Nara gruppi ta’ ħbieb jaħdmu flimkien għall-ġid tal-oħrajn, fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum, u kemm Nieħu Gost. Imbagħad inħares lejn gruppi oħra, li jaħdmu b’ħeġġa għall-ġid tagħhom infushom, b’motiv wieħed biss. Jiġifieri, li jiġġeneraw ammonti kbar ta’ poteri u rikkezzi. L-azzjonijiet kollha tagħhom għandhom għan wieħed, li huwa li jieħdu ħsieb tagħhom infushom biss. U dan ġeneralment ikun għad-detriment ta’ ħaddieħor. Imbagħad Jiena Nibki għaliex Naf li dawn jinsabu fid-dlam.
U mbagħad Jiena Nosserva b’faxxinu, il-gruppi edukati u intelliġenti li jridu jikkonvinċu lid-dinja, li Alla, il-Missier Etern tiegħi, ma jeżistix. Huma jmaqqdru u joħorġu b’argumenti sofistikati sabiex jiċħduni, u b’arroganza wkoll. Imma li mbagħad, meta Nara lil dawk in-nies li jemmnu Fija, imma b’fidi bierda, jinġibdu lejn dak l-għar mudlam, Jiena Naqsam Qalbi, tant u tant gruppi b’interessi, miri u għanijiet differenti. Imma li ftit ħafna nies, sfortunatament, jinvestu l-ħin fil-komunikazzjoni tagħhom ma’ Alla, il-Missier Etern.
Il-fidi issa sfaxxat minn fost ħafna miljuni ta’ nies fid-dinja llum. Ir-riżultat huwa, li ħafna nies iħossuhom imħawwadin, ma jafux għal liema miri għandhom jaspiraw, u lanqas ma jfittxu l-gwida mingħand il-Qaddejja Sagri tiegħi (is-Saċerdoti). Din il-belliegħa ta’ konfużjoni sejra tkompli sakemm uliedi ma jsejħulix sabiex Ngħinhom. Qisu li titolbu għal uliedi kollha u kullimkien. Ħarsu madwarkom u taraw kif in-nies madwar id-dinja kollha huma l-istess. Huma jistgħu jkunu ta’ nazzjonalitajiet differenti, jitkellmu b’ilsna differenti u jkollhom ġilda ta’ kulur differenti. Madankollu, huma lkoll għandhom karatteristiċi simili. Xi wħud huma ferħanin, xi wħud qegħdin ibatu, oħrajn huma mimlija mħabba, filwaqt li oħrajn huma rrabjati u vjolenti. Ħafna nies għandhom sens ta’ umoriżmu u jesperjenzaw dan f’xi stadju ta’ ħajjithom.Għalhekk meta tħarsu lejn il-familja u l-ħbieb tagħkom stess, intom taraw ħafna xebħ.
Għalhekk, jekk tħossu l-ħtieġa li titolbu għal dawk qrib tagħkom, allura Jien Inħeġġiġkom tikkunsidraw lil ħutkom f’kull rokna tad-dinja. Intom ilkoll uliedi. Billi titolbu l-Kurunella tal-Ħniena Divina għal uliedi kollha u kullimkien, intom, is-segwaċi tiegħi, tistgħu ssalvaw lill-umanità mid-dlam tal-Infern. Il-qawwa ta’ din it-talba tiggarantixxi li l-Ħniena tiegħi Tkopri lil kulħadd madwar id-dinja. Ħalluni Neħodkom ilkoll lejn il-Ġenna tal-Art tiegħi. Iġġagħlunix inbati, jekk Jien Ikolli bilfors Inħalli lil xi ħadd minnkom f’idejn ix-Xitan. Itolbu u itolbu l-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi fit-3 pm kuljum u intom tistgħu ssalvaw lid-dinja.
Ġesù Kristu tagħkom li Dejjem Mimli Ħniena