In-Nies tad-Dinja Kollha Għandom l-Istess Karatteristiċi

Is-Sibt, 30 ta’ April 2011 @ 00:00

In-Nies tad-Dinja Kollha Għandom l-Istess Karatteristiċi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-30 ta’ April, 2011, fit-8.45 pm.


Illejla Jiena qed nifraħ maħbuba binti, għall-mod kif inti qiegħda tobdini. L-ubbidjenza tiegħek f’li tattendi għall-Quddiesa ta’ kuljum, u tirċievi l-Ewkaristija l-Iktar Imqaddsa, Lili togħġobni. Issa qiegħda tissaħħah f’moħħok u fl-ispirtu, sabiex twieġeb malajr għar-Rieda l-Iktar Imqaddsa tiegħi. Għad baqgħalek ħafna xogħol x’tagħmel biex tipprepara ruħek binti, fil-mixja tiegħek lejn il-perfezzjoni, li hija meħtieġa minnek. Ara li qatt ma tibża’, għaliex Jiena qiegħed  niggwidak f’kull pass tal-mixja tiegħek.

Binti, kemm inħobb lill-midinbin, kemm nixxennaq għall-lealtà tagħhom Lejja. Jien inħares u nara n-nies mal-ħbieb u l-familja, ferħanin jidħqu fid-dar tagħhom, u nimtela bil-ferħ għax l-Ispirtu tiegħi huwa preżenti hemmhekk. Imbagħad inħares lejn djar oħra, u nara diżordni, dwejjaq, rabja, u f’xi każijiet, ħażen fil-forma ta’ abbuż. U nibki. Għax naf li x-Xitan (Satana) huwa preżenti f’dik id-dar.

Imbagħad nosserva u nara gruppi ta’ ħbieb jaħdmu flimkien għall-ġid tal-oħrajn, fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum, u kemm nieħu gost. Imbagħad inħares lejn gruppi oħra, li jaħdmu b’ħeġġa għall-ġid tagħhom infushom, b’motiv wieħed biss. Jiġifieri li jiġġeneraw ammonti kbar ta’ poteri u rikkezzi. L-azzjonijiet kollha tagħhom għandhom għan wieħed, li jieħdu ħsieb tagħhom infushom. U dan ġeneralment ikun għad-detriment ta’ ħaddieħor. Imbagħad Jien nibki għax naf li dawn jinsabu fid-dlam.

U mbagħad nosserva b’faxxinu, il-gruppi edukati u intelliġenti li jridu jikkonvinċu lid-dinja, li Alla, il-Missier Etern tiegħi, ma jeżistix. Huma jmaqqdru u joħorġu b’argumenti sofistikati sabiex jiċħduni, u b’arroganza wkoll. Imma li mbagħad, meta nara lil dawk in-nies li jemmnu Fija, imma b’fidi bierda, jinġibdu lejn dan l-għar tad-dlam, Jiena naqsam Qalbi, tant u tant gruppi b’interessi, miri u għanijiet differenti. Ftit ħafna nies, sfortunatament, jinvestu l-ħin fil-komunikazzjoni tagħhom ma’ Alla, il-Missier Etern.

Il-fidi sfaxxat minn fost ħafna miljuni ta’ nies fid-dinja llum. Ir-riżultat huwa, li ħafna nies iħossuhom imħawwadin, ma jafux għal liema miri għandhom jaspiraw, u lanqas ma jfittxu l-gwida mingħand il-Qaddejja Sagri tiegħi (is-Saċerdoti).

Dan il-belliegħa ta’ konfużjoni se tkompli sakemm uliedi ma jsejħulix biex ngħinhom. Itolbu għal uliedi kollha u kullimkien. Ħarsu madwarkom u taraw kif in-nies madwar id-dinja kollha huma l-istess. Huma jistgħu jkunu ta’ nazzjonalitajiet differenti, jitkellmu b’ilsna differenti u jkollhom ġilda ta’ kulur differenti. Madankollu, huma lkoll għandhom karatteristiċi simili. Xi wħud huma ferħanin, xi wħud qiegħdin ibatu, oħrajn huma mimlija mħabba, filwaqt li oħrajn huma rrabjati u vjolenti. Ħafna nies għandhom sens ta’ umoriżmu u jesperjenzaw dan f’xi stadju ta’ ħajjithom.Għalhekk meta tħarsu lejn il-familja u l-ħbieb tagħkom stess, intom taraw ħafna xebħ.

Għalhekk, jekk tħossu l-ħtieġa li titolbu għal dawk l-eqreb tagħkom, allura nħeġġiġkom tikkunsidraw lil ħutkom f’kull rokna tad-dinja. Intom ilkoll uliedi. Billi titolbu l-Kurunella tal-Ħniena Divina għal uliedi kollha u kullimkien, intom, is-segwaċi tiegħi, tistgħu ssalvaw lill-umanità mid-dlam tal-Infern. Il-qawwa ta’ din it-talba tiggarantixxi li l-Ħniena tiegħi li tkopri lil kulħadd madwar id-dinja. Ħalluni neħodkom ilkoll lejn il-Ġenna tal-Art tiegħi. Iġġagħlunix inbati, jekk ikolli nħalli lil xi ħadd minnkom f’idejn ix-Xitan.

Itolbu u itolbu Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi fit-3 pm kuljum u intom tistgħu ssalvaw lid-dinja.

Ġesù Kristu tagħkom li Dejjem Mimli Ħniena


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM