Ir-Russja u ċ-Ċina Se Jikkawżaw Taqlib.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-1 ta’ Mejju, 2011, fid-9 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, għid lid-dinja li t-tħejjijiet issa jinsabu għaddejjin, sabiex l-erwieħ (nies ħajjin) jiġu mħejjija għall-Ġenna tal-Art il-Ġdida fid-dinja li Jiena wegħedt.
Dwar id-data tat-Tieni Miġja tiegħi fid-dinja, din mhix biċċa tagħkom. Madankollu, kunu ċerti li l-Wegħdiet tiegħi dejjem se jitwettqu. Ħadd ma jista’ jwaqqaf dan l-Att il-Kbir tal-Ħniena tiegħi, sabiex Jiena nifdi l-umanità. Ix-Xitan (Satana) m’għandux din il-qawwa. Hu, il-Qarrieqi, se jinqered darba għal dejjem binti, u ma jistax jibqa’ hawn. Iż-żmien tiegħu issa huwa qasir ħafna. Jiena qiegħed Inwissi lil dawk li jsegwuh permezz tad-dnub, li ftit li xejn fadlilhom ċansijiet biex jifdu lilhom infushom. Huma jridu jduru 'l bogħod mid-dnub issa, jekk iridu jiġu salvati. Dawk minnkom is-segwaċi tiegħi, li jista’ jkollkom xi membru tal-familja, forsi ħabib jew ħabiba speċjali li jinsabu jsegwu din triq midinba, allura huwa d-dmir tagħkom li tippruvaw tiftħulhom għajnejhom għall-verità.
Ippreparaw Minn Issa Sabiex Tevitaw li Tieħdu l-Marka tal-Bhima
Ħafna avvenimenti, kemm fid-dinja kif ukoll fis-Smewwiet, issa waslu biex iseħħu, fejn se jbiddlu l-andament tal-istorja. Ippreparaw intom ilkoll matul dan iż-żmien. Kif għidtilkom qabel, minħabba li l-flus se jkunu skarsi, allura jekk jogħġobkom ippruvaw billi tippreparaw lill-familji tagħkom ħalli tibqgħu ħajjin, sabiex ma jkollkomx għalfejn taċċettaw il-Marka. Jekk jogħġobkom, tinjorawx dan l-Appell tiegħi.
Il-gruppi tat-talb issa huma vitali sabiex tipproteġu lilkom infuskom u ssalvaw lid-dinja mill-persekuzzjoni tal-organizzazzjonijiet globali politiċi, bankarji u tal-hekk imsejħa Drittijiet tal-Bniedem. L-għan tagħhom huwa wieħed, jiġifieri ta’ poter u kontroll fuqkom uliedi, għalkemm ħafna minnkom ma tistgħux taraw dan. Madnakollu, intom maż-żmien se tindunaw. U dak iż-żmien issa wasal. Għalhekk, qisu li tibdew tippreparaw minn issa, sabiex tibqgħu ħajjin fil-futur tagħkom qrib, u araw li tibqgħu titolbu, għaliex Jien se noffri l-Grazzji Speċjali tiegħi għall-protezzjoni tagħkom ilkoll. Jekk jogħġobkom, araw li ma tibżgħux, għax dak kollu li verament jimporta se jkun biss il-lealtà tagħkom Lejja.
Hekk kif l-Ordni Dinjija u Waħdanija tieħu l-kontroll tal-Lvant Nofsani, intom se tkunu sorpriżi bin-numru ta’ pajjiżi li se jispiċċaw taħt il-kontroll tagħhom, u kemm erwieħ innoċenti se jemmnu li dawn ir-reġimi l-ġodda, se joffrulhom il-libertà. Iżda dan mhux se jkun il-każ.
Ir-Russja u ċ-Ċina Se Jikkawżaw Taqlib
Ħarsu issa u araw kif ir-Russja u ċ-Ċina se jsiru t-tielet entità sabiex jikkawżaw taqlib. Dalwaqt ħafna issa, dawk minnkom li afdajtu l-kontroll ta’ pajjiżikom lil gruppi bla wiċċ, u fejn dawn jittrattawkom bħallikieku kontu pupazzi, dalwaqt se taraw dawn il-gruppi qerrieda, jiġifieri dawn il-forzi politiċi li mhumhiex ġejjin minn Alla, jippruvaw jiddettawlkom kif tgħixu. Qisu li tddefendu lilkom infuskom permezz tat-talb. Kuljum u kull siegħa, Jiena se ntaffi t-tbatija tagħkom. Irċevuni fl-Ewkaristija Mqaddsa u taraw kif tiksbu l-qawwa li se ssostnikom għal livelli straordinarji matul din il-persekuzzjoni.
Jiena, Ġesù Kristu, ma rridx noħloq paniku f’ħajjitkom. Imma ma nistax nibqa’ fil-ġenb ma nagħmel xejn, u ma nwissikomx dwar dawn l-avvenimenti. Mill-Ħniena tiegħi Jiena qiegħed nagħtikom iċ-ċans li tippreparaw, mhux biss għall-ġid spiritwali tagħkom iżda wkoll għall-għajxien tal-familji tagħkom. Biex tevitaw il-Marka tal-Bhima, jekk jogħġobkom ippreparaw bir-reqqa.
It-Twissija l-Kbira, bla dubju se ttaffi kwalunkwe persekuzzjoni bħal din, għaliex tant nies se jkunu konvertiti. Itolbu u itolbu issa, għall-konverżjoni globali kollha u biex iddgħajfu kwalunkwe turment li se jevolvi matul ir-renju tal-Antikrist u tal-Profeta Falz.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu