Ix-Xitan Qiegħed Jagħmel Herba fid-Dinja, Iżda Ftit Żmien Ieħor Biss Baqagħlu

L-Erbgħa, 4 ta’ Mejju 2011 @ 20:45

Ix-Xitan Qiegħed Jagħmel Herba fid-Dinja, Iżda Ftit Żmien Ieħor Biss Baqagħlu.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-4 ta’ Mejju, 2011, fit-8.45 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, huwa b’urġenza kbira, li d-dinja u dawk kollha li jinsabu reqdin għall-Verità tat-Tagħlim tiegħi, issa għandhom bżonn jisimgħu l-Kelma Mqaddsa tiegħi. Hekk kif it-taħwid fid-dinja se jkompli jeskala, issa tridu tieqfu u tikkontemplaw dwar l-Iskrittura, jiġifieri dak li diġà ntqalilkom dwar il-bidliet, li se jidhru fid-dinja jekk id-dnubiet sejrin ikomplu.

Saħansitra, anke għal dawk minnkom li tiddubitaw l-eżistenza ta’ Alla, il-Missier Etern, jew Tiegħi, Jien is-Salvatur Divin tagħkom, sejrin taraw id-dnub jitwettaq kuljum, u quddiem għajnejhom stess. Kemm jekk dan iseħħ ma’ dawk li tħabbtu wiċċkom magħhom fil-ħajja tagħkom personali ta’ kuljum, kemm fil-gazzetti, kemm fil-midja tax-xandir u kemm fuq l-Internet, huwa diffiċli li dan tinjorawh. Ukoll, anke dawk minnkom li tittolleraw u taċċettaw tad-dnub, intom xorta waħda se tkunu xxukkjati bil-livelli baxxi li se tkunu mġiegħla taraw.

Issa intom x’qegħdin taraw? X’jixxokkjakom l-aktar? Forsi l-vjolenza tal-biza’ li tarawha fuq it-televiżjoni mill-kumdità ta’ darkom stess? Forsi l-qtil, li jitwettaq u jiġi approvat mill-gvernijiet f’isem il-ġustizzja? Jew it-taħsir morali hekk kif murija fil-pornografija oxxena, li hija ppreżentata bħala arti? Forsi huwa l-gideb imxandar minn frodisti qarrieqa wara s-sistema legali, minn fejn huma jistgħu jaffordjaw li jixtru l-libertà tagħhom minflok jieħdu l-kastig? Forsi tista’ tkun il-mibegħda kif murija mill-bniedem kontra l-barranin li jiltaqgħu magħhom fit-triq? Forsi huwa t-terrur li jħossu ċ-ċittadini ordinarji f’idejn il-gvernijiet tagħhom stess? Bħalissa hemm tant ilmenti ta’ swied il-qalb kontra l-Liġijiet ta’ Mosè, jiġifieri l-Kmandamenti, u li qed jiġu approvati bħala liġi, li huwa impossibbli li wieħed jifhem tajjeb u għal kollox, daqshekk kwantità f’daqqa.

Il-liġi u l-ordni issa sparixxew. L-imħabba u l-ġenerożità, murija mill-proxxmu lejn proxxmu ieħor, qegħdin malajr jisparixxu. Anke dawk il-Qaddejja Fidili tiegħi (is-Saċerdoti), li jaġixxu f’Isem Alla, m’għadhomx imexxu l-merħla tagħhom.

Dan il-kaos huwa kkawżat mis-Sultan tal-Gideb, ix-Xitan (Satana), dak il-Qarrieqi, li jagħmel minn kollox biex jaħbi l-identità tiegħu mill-umanità. Huwa beżżiegħ u jaħdem billi juża l-poteri tiegħu biex iħajjar għad-dnub. Tagħmlux żball, għaliex hu fil-fatt, għandu poteri li juża biex jeqred l-umanità. Huwa jġelled bniedem kontra bniedem ieħor. Aħwa kontra l-aħwa. Proxxmu kontra proxxmu ieħor. U dan kollu jagħmlu b’għan wieħed. Jiġifieri li joħloq ħerba u malajr kemm jista’ jkun. Hu qatt mhu se jieqaf jitturmentakom uliedi. Affrontaw ir-realtà tiegħu. Aċċettaw l-eżistenza tiegħu. Għal dawk minkom li ma temmnux Fija, huwa biss meta fl-aħħar taċċettaw il-verità li x-Xitan tassew jeżisti, li l-verità kollha taħkimhom, jiġifieri li Alla, il-Missier Etern, tassew jeżisti.

Ftakru biss, li l-ġranet li baqagħlu x-Xitan huma magħduda. Qisu li ma tħalluhx jirbaħ. Itolbu għal dawk in-nies kollha fid-dinja, biex ma jaqgħux fin-nassa tal-mibegħda li hu jifrex biex jaqbad lil ulied Alla. Huwa jagħmel dan, mhux biss minħabba l-mibegħda li għandu għalikom uliedi, iżda minħabba l-mibegħda li għandu Għalija, Jiena, Ġesù Kristu u l-Missier Etern tiegħi. Huwa mhux se jieqaf qabel ma jkun ikkawża l-akbar krudeltà possibbli.

Itolbu, itolbu u itolbu sabiex is-saħħa tiegħu tonqos. Speċjalment araw li titolbu r-Rużarju Mqaddes għax dik hija t-talba li se tgħaffeġ lix-Xitan.

Meta Jiena nerġa’ niġi lura fid-dinja, ftakru li se jkun hemm triq waħda biss għall-eternità, u dik hija t-triq li għandkom bżonn sabiex timxu 'l isfel Lejja.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM