L-Atroċitajiet tal-Kruċifissjoni Tiegħi Ma Ġewx Żvelati lill-Bniedem Kif Suppost

Is-Sibt, 7 ta’ Mejju 2011 at 09:50

L-Atroċitajiet tal-Kruċifissjoni Tiegħi Ma Ġewx Żvelati lill-Bniedem Kif Suppost.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-7 ta’ Mejju, 2011, fid-9.50 am.


Maħbuba binti, jeħtieġ li int issa terfa’ is-Salib tiegħi u tgħinni, sabiex int iġġorru fil-vjaġġ li Jien Ippjanajt għalik. Binti preżjuża, jaħasra kemm batejt inti f’dawn l-aħħar ftit ġimgħat. Jiena Ħallejt dan jiġri apposta, sabiex Inressqek eqreb lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħi. Ħafna erwieħ (nies ħajjin) jinsabu msejħin sabiex ixandru l-Messaġġi tiegħi lid-dinja. Madankollu, huwa biss permezz tal-purifikazzjoni volontarja min-naħa ta’ dik ir-ruħ (persuna) li se tiddetermina l-kwalità tad-dixxerniment. Fi kliem ieħor, jekk ir-ruħ li Jien Inkun Għażilt sabiex tikkomunika l-Kelma tiegħi tkun safja, allura l-Messaġġi se jkollhom aktar impatt fuq l-oħrajn. Se jkollhom impressjoni aktar dejjiema fuq l-erwieħ. Il-Messaġġi se jkunu mimlija kompassjoni, iżda sejrin jiżvelaw il-verità tat-Tagħlim tiegħi fil-format mhux raffinata tiegħu.

Jiena m’Għandix ħin x’Naħli fi kliem taz-zokkor kif mistenni mill-bniedem, hekk kif huwa jinsab ikkundizzjonat biex jisma’ l-Kelma tiegħi b’ċertu mod, jiġifier fil-verżjoni stupida tagħha. Lanqas il-Passjoni tiegħi, is-Salib, u l-atroċitajiet imwettqa mill-bniedem fil-Kruċifissjoni tiegħi, ma ġew żvelati lid-dinja bil-mod li suppost kellhom jiġu żvelati. Tant hemm ftit minnkom biss uliedi, li tifhmu t-trattament orribbli li Bagħtejt Jien, is-Salvatur Divin tagħkom, minn idejn il-bniedem. Madankollu, dan l-istess trattament tiegħi llum, fejn Jiena qiegħed Niġi Mwaqqa’ għaċ-ċajt, jitmejjlu Bija, jistħuni, jinjorawni u jabbużawni, għadu għaddej u evidenti sal-lum. Il-Mewt tiegħi wittiet it-triq sabiex Insalva l-erwieħ tagħkom mid-dannazzjoni eterna. Dan għadu jiġri s’issa. Qisu li ma tarmux id-Don tas-Salvazzjoni, għaliex jekk intom ma taċċettawx il-Verità, ma tistgħux tiġu salvati.

Isimgħu dan: Jiena Hu l-Verità. Jiena Hu ċ-Ċavetta għas-salvazzjoni tagħkom. Fuq is-sodda tal-mewt tagħkom, anke jekk intom tkunu warrabtunu, injorajtu t-Tagħlim tiegħi, ċħadtu l-Eżistenza Reali tiegħi, araw li xorta dduru Lejja u titolbuni sabiex Naħfrilkom. Qatt mhu tard wisq biex intom idduru Lejja u titolbuni sabiex inżommilkom idejkom u tħalluni mmexxikom lejn is-Saltna tas-Smewwiet ta’ Missieri. Imma intom, tistgħu tagħmlu dan biss, waqt li għadkom ħajjin fuq din l-art. Dan huwa l-unika ċans li għandkon sabiex taċċttaw il-Ħajja Eterna. Wara l-mewt imbagħad, dak inhar ikun tard wisq.


Il-Maħbub Salvatur Divin tagħkom,
Ġesù Kristu