L-Ispirtu s-Santu Issa Tferra' Fuq id-Dinja Kollha

It-Tlieta, 10 ta’ Mejju 2011 @ 16:00

L-Ispirtu s-Santu Issa Tferra' Fuq id-Dinja Kollha.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-10 ta’ Mejju, 2011, fl-4 pm.


Binti, għid lid-dinja, li llum seħħ Att sinifikanti tal-Ħniena tiegħi, fejn l-Ispirtu s-Santu, wieħed mill-akbar Rigali lil uliedi, tferra’ fuq id-dinja kollha. Dan id-Don huwa essenzjali biex jgħin lill-umanità tipprepara għat-Twissija l-Kbira. Mimlijin bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, il-Qaddejja Sagri (is-Saċerdoti) u s-segwaċi tiegħi, se jissaħħu konsiderevolment fl-imħabba tagħhom Għalija u għal Missieri Etern.

Dan id-Don tal-Ħajja se jġib forza li tħarrek mill-ġdid fl-erwieħ (nies ħajjin) bierda u mdejqin minnkom, li jinsabu jgħajtu għall-illuminazzjoni. Dan ġie mbassar u kulħadd, inklużi l-aktar nies ħorox fid-dnub, se jibbenefikaw.

Il-Ħniena tiegħi, kif digà għidtilkom, m’għandhiex limiti. Hekk kif intom issa tinsabu mimlija bl-Ispirtu tad-Dawl u l-Qdusija, intom is-segwaċi kollha tiegħi u kullimkien, issa tridu tkunu kuraġġużi u xxandru l-Kelma tiegħi lil dawk kollha li tiġu f’kuntatt magħhom. Injoraw id-disprezz li tistgħu tesperjenzaw, għaliex issa huwa wisq aktar importanti li ma tinjorawx it-karbiet tiegħi għall-konverżjoni.

Isimgħu issa t-Talba tiegħi, sabiex nagħtikom l-Inkoraġġiment li għandkom bżonn.


It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata Sabiex Tingħad Kuljum (7) Għall-Inkuraġġiment (tingħad fi tmiem il-Kurunella tal-Ħniena Divina):
 
“Imlieni issa, o Mulej, bid-Don tal-Ispirtu s-Santu biex inwassal il-Kelma l-Aktar Imqaddsa tiegħek lill-midinbin, li rrid ngħin biex insalva f’Ismek. Bit-talb tiegħi, għinni niksihom, b’Demmek il-Prezzjuż, sabiex jinġibdu lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħek. Agħtini d-Don tal-Ispirtu s-Santu, sabiex dawn l-erwieħ imsejkna, jkunu jistgħu igawdu fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħek. Ammen.”


Għidu din it-talba kuljum wara li tirreċitaw il-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi, u intom, permezz tal-lealtà tagħkom Lejja, tkunu qegħdin tgħinu biex issalvaw lil uliedi.

Eħilsuni mit-turmenti li qiegħed Insofri f’Qalbi, hekk kif Jiena nosserva b’tant niket, il-mod kif l-Isem Imqaddes tiegħi huwa milqugħ fid-dinja llum. Waqt li huma mhux kuntenti li jiċħduni, ħafna u ħafna erwieħ jirreaġixxu b’rabja jekk intom, is-segwaċi leali tiegħi, tazzardaw saħansitra ssemmu dak li Jiena nirrappreżenta. Huma rrabjati ħafna għaliex il-Qarrieqi, b’tant makakkerija, jdawwrilhom moħħhom sabiex jitbiegħdu mill-Verità. Araw li tgħinu lil dawn l-erwieħ intom ilkoll. Itolbu u staqsuni issa, sabiex nagħtikom is-saħħa li ser ikollok bżonn f’dan ix-xogħol.


Grazzji Speċjali Sejrin Jingħataw lil Dawk li Jxerrdu l-Konverżjoni

Lilkom ilkoll li xxerrdu l-konverżjoni, Grazzji Speċjali sejrin jingħatawlkom, kif ukoll post speċjali ħafna, sejjer jkun riservat għalikom fis-Saltna ta’ Missieri. Morru issa u ħallu l-Ispirtu s-Santu jfawwar lir-ruħkom, sabiex tgħinuni Nsalva l-umanità.

Jien Inħobbkom ilkoll. Kull wieħed u waħda minnkom għandu post fil-Qalb Imqaddsa tiegħi. Lanqas wieħed minnkom, inklużi l-midinbin, mhu se jiġi eskluż mill-Battalja tiegħi biex insalva l-erwieħ. (*)

Il-Maħbub Salvatur tagħkom Ġesù Kristu,
Is-Sultan tal-Ħniena


(*) Nota:
 Kumment finali minn Sidna Ġesù Kristu lil Marija Ħniena Divina mogħti fl-aħħar ta’ dan il-Messaġġ:
 
Binti, dan l-avveniment huwa sinifikanti. Dan sejjer isalva ħafna erwieħ qabel ma sseħħ it-Twissija l-Kbira, u se jkompli jkun preżenti fid-dinja anke wara, sabiex jgħin iżomm lill-midinbin milli jaqgħu lura. Dan kollu ġie mbassar binti, u jirrappreżenta aħbar kbira. Madankollu, intom is-segwaċi tiegħi, issa tridu taħdmu qatigħ, sabiex tgħinuni nidderieġi l-Battalja għall-Erwieħ.


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM