Messaġġ mill-Verġni Marija Dwar il-Protezzjoni tal-Qaddisin

L-Erbgħa, 11 ta’ Mejju 2011 @ 22:30

Messaġġ mill-Verġni Marija Dwar il-Protezzjoni tal-Qaddisin.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ minn Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tal-11 ta’ Mejju, 2011, fl-10.30 pm.


Binti, issa qiegħda tersaq ħafna eqreb lejn il-Qalb ta’ Ibni l-Għażiż. Il-vjaġġ tiegħek kien diffiċli, imma madankollu, seħħ f’perjodu daqshekk qasir. Kien bil-Kmand ta’ Alla l-Missier, li Jiena ġejt mibgħuta biex nikkomunikalek is-sejħa tiegħek għal dan ix-xogħol. Ir-rispons tiegħek kien immedjat. Qatt ma qagħadt toqgħod taħsibha. Għax dik hija l-qawwa tal-imħabba li għandek Għalija, Jiena, l-Omm Imbierka tiegħek. Jiena ggwidajtek u ħeġġiġtek lejn din is-sejħa speċjali ħafna.

Jekk jogħġbok, kompli ddur Lejja, Jiena, Ommok l-Għażiża, u ta’ kuljum, sabiex nigwidak f’dik il-ġurnata. Il-Qaddisin kollha għadhom mexjin miegħek, imma inti ma tafx b’dan. Qis li ssejjaħ lil San Benedittu, lil San Ġużepp, lil Ġwanni l-Evanġelista, lil Santu Wistin u lil San Mikiel l-Arkanġlu, sabiex huma jagħtuk l-għajnuna li jkollok bżonn. Bħalissa, inti tinsab ħafna aktar b’saħħtek binti, tant li qiegħda tistaqsi kif ġara dan. Huwa minħabba l-ubbidjenza tiegħek lejl il-Maħbub Ibni, li issa qiegħda tirċievi l-Grazzji meħtieġa għal din il-Missjoni Divina u speċjali, li għaliha inti ġejt magħżula.

Li inti titlob ir-Rużarju l-Aktar Mqaddes tiegħi kuljum, huwa importanti, għaliex jipproteġik mid-Demonju. San Benedittu ġie assenjat lilek il-ħin kollu, sabiex jipproteġik mill-attakki tal-Qarrieqi. Huwa għalhekk, li l-agħar nies inżammu 'l bogħod minnek. Itlob lilu kuljum binti, għal din il-protezzjoni kontinwa.

Aċċetta t-tbatija mitluba minnek, minn Ibni l-Prezzjuż, Ġesù Kristu, għax din se ssalva għadd kbir ta’ erwieħ (nies ħajjin). Ir-rigal speċjali tiegħek Lilu, jiġifieri tar-rieda ħielsa tiegħek, se jżomm miljuni ta’ erwieħ milli jispiċċaw fin-nar tal-Infern. Ara li tibqa’ tiftakar x’qiegħda tikseb din it-tbatija tiegħek, u l-ferħ li din sejra ġġib lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ibni.

Inti bħalissa tinsab tgawdi mir-rigal speċjali, li tkun magħquda ħaġa waħda ma’ Ibni. Aktar ma ċċedi kollox u kompletament, turi umiltà u tkompli tagħmel iżjed sagrifiċċji, aktar sejra tgħin lil Ibni f’dan il-kompitu tiegħek, li huwa tant importanti Għalih.

Qis li tkun grata binti, talli ntlabt tagħmel dan ix-Xogħol Imqaddes, għaliex kieku mingħajru, miljuni ta’ erwieħ, ma setgħux jiġu salvati.

Isa, ersaq issa eqreb lejn Qalbi, u ħallini nżommok eqreb lejn Ibni. Jiena sejra nipproteġik u niggwidak il-ħin kollu.


Ommkom l-Għażiża,
Sultana tal-Paċi


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM