Terremot fl-Ewropa Seħħ Illum, Kif Kien Imħabbar.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-11 ta’ Mejju, 2011, fil-11 pm.
Maħbuba binti, it-terremot li Kellimtek dwaru xi xhur ilu, seħħ illum fl-Ewropa, propju fi Spanja. Avvenimenti oħra ekoloġiċi, li jinkludu żbroff ta’ vulkan, għargħar u mwieġ ta’ sħana qawwija, se jkomplu jiġru. Oqgħod attenta għal dawn l-avvenimenti, għaliex meta dawn sejrin iseħħu, juruk, li dawn il-Messaġġi, tassew ġejjin Mingħandi, Ġesù Kristu. Din binti, hija l-Id ta’ Missieri, li issa waslet biex tinżel u tikkastiga lid-dinja, sabiex tgħin ħalli jinqered id-dnub. Qis li titlob, u tibqa’ titlob, għal aktar konverżjoni tan-nies, sabiex ittaffi dawn id-diżastri. Ommi l-Maħbuba, illejla għada kif spjegatlek diversi affarijiet importanti. Il-ħtieġa tat-talb u l-Adorazzjoni ta’ kuljum, huma importanti, jiġifieri kemm jista’ jkun u ta’ spiss, għaliex dawn sejrin jirrendu riżultati kbar għalik u fix-Xogħol tiegħek binti. Mur strieħ issa. Għaliex inti tinsab għajjiena. Jien issa Nerġa Nkellmek għada. Mur fil-paċi.
Is-Salvatur Divin tiegħek,
Ġesù Kristu