Għaliex Alla, l-Missier Etern, Qiegħed Jibgħat Profeti Ġodda fid-Dinja.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-13 ta’ Mejju, 2011, fl-10.45 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, għal dawk li jiddubitaw, speċjalment lil-Qaddejja Sagri tiegħi (is-Saċerdoti), u li jistgħu jiċħdu l-Kelma tiegħi permezz ta’ dawn il-Messaġġi, dan huwa dak li nixtieq ngħidilhom: Żidu fil-fidi tagħkom Fija, billi taċċettaw li l-Kelma tiegħi ngħatat lid-dinja, mhux biss matul iż-żmien tiegħi fuq din l-art, iżda permezz tal-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, anke wara. Sa mill-bidu taż-żmienijiet, Alla, l-Missier Etern tiegħi, kellem lill-umanità permezz tal-Profeti. B’dan il-mod, it-Tagħlim tal-Verità, ġie magħrraf lill-bniedem, sabiex Alla jiżgura li l-fidi tagħhom tissaħħah. Rivelazzjonijiet u lezzjonijiet oħra tal-Verità, ngħataw ukoll lill-umanità permezz tal-Appostli, dixxipli devoti oħra, u permezz tal-Profeta Ġwanni l-Evanġelista. Wara dawn, sew il-Kelma tiegħi u t-Tagħlim tiegħi, kif ukoll dak kollu li l-bniedem kellu bżonn, sabiex jasal għas-salvazzjoni meħtieġa, kienu ġew f’posthom. Madankollu, issa li d-dinja tinsab tiffaċċja l-akbar bidla fl-istorja tagħha, Alla, l-Missier Etern tiegħi, Bagħat Profeti ġodda lid-dinja. Dawn il-Profeti, u qisu li ma tagħmlux xi żball, ma jġibulkomx xi tagħlim ġdid, għaliex dan mhux neċessarju. Minflok, huma qegħdin jintbagħtu fid-dinja, għal tliet raġunijiet:
L-ewwel raġuni hija, sabiex ifakkru lill-umanità, dwar il-Verità li tinsab fil-Ktieb tal-Apokalissi. It-tieni waħda hija, sabiex iqajmu lill-bniedem fuq tiegħu, dwar is-sitwazzjoni taż-żminijiet li jinsab jgħix fihom bħalissa, ħalli jkun jista’ jitqabbat mill-ġdid, in-nar tal-fidi tiegħu. U t-tielet raġuni hija, sabiex jgħinu fit-tixrid tal-konverżjoni, ħalli s-segwaċi tiegħi, jkunu jistgħu jiffurmaw l-akbar armata li teżisti, sabiex isalvaw l-erwieħ (nies ħajjin). Jien issa qiegħed Nitkellem permezz ta’ din il-Profeta, kif ukoll oħrajn, sabiex il-Kelma tiegħi tinstema’ f’kull rokna tad-dinja.
Ftakru fl-Imħabba u l-Kompassjoni Assoluta Tiegħi
Araw li tisimgħu sew dawn il-Messaġġi kollha, fejn mhux biss jipproklamaw il-Kelma tiegħi kif tafuha, iżda fejn jiżvelaw lilkom, l-Imħabba u l-Kompassjoni Perfetta tiegħi, għal kull wieħed u waħda minnkom. Ftakru wkoll, fil-Ħniena Kbira tiegħi. Il-midinbin kollha se jinħafrulhom dnubiethom, ladarba jitolbuni l-maħfra.
L-Importanza tar-Rużarju Mqaddes u l-Ħniena Divina
Filwaqt li veru sejrin iseħħu diżastri ekoloġiċi, jekk jogħġobkom, ftakru li t-talb, inkluż ir-reċitazzjoni tar-Rużarju Mqaddes u l-Kurunella tal-Ħniena Divina, sejrin jgħina sabiex jiġu evitati ħafna minnhom. Ftakru, maħbubin wliedi, intom li temmnu Fija u fil-Missier Etern tiegħi, u li ssegwu l-Istruzzjonijiet tiegħi, li m’għandkom xejn minn xiex tibżgħu. Ħalluni Nfakkarkom ukoll, li minħabba ż-żewġ atti kbar ta’ Ħniena li ngħatawlkom, jiġifieri d-Don tal-Ispirtu s-Santu, li nfirex fuq id-dinja kollha ftit tal-jiem ilu, kif ukoll it-Twissija l-Kbira, issa permezz tagħhom, miljuni ta’ nies sejrin jikkonvertu għall-Verità. Dan se jkun miraklu kbir, u wieħed li se jġib ferħ kbir lill-follol sħaħ ta’ nies.
Il-Persekuzzjoni mid-Dragun l-Aħmar u Dawk li Mhux Ġejjin Minn Alla
Ix-Xitan (Satana) se jerfa’ rasu permezz tas-segwaċi żbaljati u msieken tiegħu, fejn se hu jiġbidhom ’il bogħod Minni, Jiena, l-unika Tama tagħhom ta’ salvazzjoni eterna, għalkemm dan se jkun għal perjodu qasir biss. Madankollu, Jien Irrid Inwissikom, li se jkun perjodu ta’ persekuzzjoni tal-biża’, immexxi mid-Dragun l-Aħmar u dawk il-qawwiet politiċi li mhux ġejjin minn Alla. Permezz tat-talb u s-Sagramenti, intom sejrin ssibu l-Qawwa sabiex tipperseveraw matul dawn il-provi. Dawn l-avvenimenti kollha ġew imħabbra u jridu jseħħu, sabiex il-ħażen ikun jista’ fl-aħħar jinqered mid-dinja, u darba għal dejjem. Huwa għalhekk meħtieġ, li din il-purifikazzjoni u sensiela ta’ Kastigi Kbar jseħħu. Għaliex dakinhar biss, l-umanità tkun lesta għall-Ġenna tal-Art il-Ġdida fid-dinja. Qisu li qatt ma tinjoraw s-Sejħa tiegħi. Huwa biss meta taraw il-Profeziji jiġu żvelati lilkom mill-Messaġġiera magħżula tiegħi, li intom tibdew tiġu konxji, u allura ċerti, li huwa Jiena li Nkun qiegħed Nitkellem magħkom.
Is-Salvatur Divin tagħkom,
Ġesù Kristu