Rivelazzjonijiet Ġodda Dwar Għargħar fi Franza Dan is-Sajf

Il-Ħadd, 22 ta’ Mejju 2011 at 14:30

Rivelazzjonijiet Ġodda Dwar Għargħar fi Franza Dan is-Sajf.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-22 ta’ Mejju, 2011, fis-2.30 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, ir-rivelazzjoni li int ingħatajt Minni, fit-18 ta’ Marzu, 2011, f’nofsillejl, li l-eruzzjoni vulkanika fl-Islanda kienet se sseħħ f’Mejju, issa seħħet. Inti forsi tistaqsi, għaliex spiċċajt daqshekk ixxukkjata meta ġara dan, eżatt kif kien imbassar. Għalhekk Ħallini Nispjegalek. Għalkemm il-biċċa l-kbira tad-dubji tiegħek keċċejthom, fir-rigward tal-awtentiċità tal-Komunikazzjonijiet tiegħi miegħek, inti xorta kellek biża’ min-naħa tiegħek, li forsi ma kontx qegħda tifhem dawn il-profeziji b’mod korrett. Imma issa trid tqum b’kunfidenza u Tħallini Ntaffilek il-biżgħat tiegħek. Fittex issa u ppubblika mingħajr l-ebda inċertezza, l-avvenimenti l-oħra li Jiena Żvelajtlek. Jekk inti tagħmel dan, aktar nies sejrin jifhmu li Jien, Ġesù Kristu, issa qiegħed Nitlob l-attenzjoni meħtieġa, sabiex Ngħin fis-Salvazzjoni tal-erwieħ (nies ħajjin). Meta dawn il-profeziji jiġu kkonfermati, ftit li xejn jibqa’dubji fil-qlub tas-segwaċi tiegħi, dwar l-awtentiċità tagħhom. Madankollu, ir-ruħ stinata, li tirrifjuta li temmen, u li dejjem toħroġ b’xi tweġiba loġika, meta tara l-verità, xorta ma tkunx konvinta.


Għargħar fi Franza u Mewġa ta’ Sħana fit-Turkija

Isimgħuni issa: Sejjer ikun hemm għargħar fin-nofsinhar ta’ Franza dan is-sajf. Mewġa ta’ sħana sejra sseħħ fit-Turkija. Avvenimenti ekoloġiċi oħra, li sejrin jikkawżaw diżordni, jinkludu terremot fl-Ingilterra (iżda mhux immedjatament), li xi wħud minnhom se jkollhom impatt fuq pajjiżi Ewropej oħra. Stennew żieda fil-livelli tal-baħar fil-Mediterran, li se jaħsad lil kulħadd. Terremoti sejrin jinħassu wkoll fin-Norveġja u fl-Amerika t’Isfel. Jiena binti, sejjer Niżvela avvenimenti oħra lilek, iżda dejjem b’motiv wieħed biss f’Moħħi. Jiġifieri, li nikkonverti lil uliedi. Jekk u meta jaċċettaw, li Jiena verament qiegħed Inkellimhom permezz tiegħek, allura dan Lili sejjer Iferraħni. Jiena ma nixtieqx Inbeżża’ lil uliedi, iżda dawn l-avvenimenti se jkomplu jeskalaw fid-dinja, bħala parti mill-Kastig il-Kbir li ġej. Huma parti neċessarja fil-battalja kontra l-Qarrieqi. Itolbu issa uliedi, sabiex jitnaqqsu u jiġu evitati dawn l-avvenimenti, għaliex it-talb huwa estremament qawwi bħala mezz ta’ maħfra. Mur issa fil-paċi. Qis li ma tibżax tippubblika dawn il-profeziji għaliex sejrin iseħħu.


Is-Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu