Is-Smewwiet Sejrin Jinfetħu Waqt it-Twissija l-Kbira

It-Tnejn, 23 ta’ Mejju 2011 at 14:30

Is-Smewwiet Sejrin Jinfetħu Waqt it-Twissija l-Kbira.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur Divin tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-23 ta’ Mejju, 2011, fis-2.30 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, inti qegħda tbati t-turment li Jien Insofri għad-dnubiet tal-bnedmin. Int issa hekk qegħda tħossok. Bħalissa inti qegħda tħoss biss farka ċkejkna mit-Tbatija tiegħi, li Jiena Nsofri ma’ kull minuta tal-ġurnata tiegħek. M’hemm xejn minn xiex inti għandek tibża’ binti, rigward it-Twissija l-Kbira.


It-Twissija il-Kbira Sejra Tkun Ġrajja Drammatika

Din it-Twissija se tixxokkja lil ħafna nies fid-dinja, għaliex sejra tkun ġrajja drammatika, fejn is-smewwiet jinfetħu u l-Fjamma tal-Ħniena tiegħi sejra tinfirex madwar id-dinja kollha. Imma ħafna nies mhux se jifhmu x’qed jiġri. Tant se jkunu xxokkjati, li bi żball jaħsbu li qed jaraw isseħħ l-aħħar tad-dinja. Qis li tgħidilhom sabiex jifirħu meta jaraw il-Glorja tiegħi, għaliex dan l-avveniment, jekk ikunu ppreparati sew għalih, se jkun l-akbar eżempju spettakolari tal-Ħniena tiegħi, mill-jum tal-Kruċifissjoni tiegħi. Din uliedi, sejra tkun il-Grazzja tas-Salvazzjoni tagħkom u mhux sejra tħalli lil dawk, li kieku kienu sejrin jiġu kkundannati, milli jinżlu fil-qiegħ tal-Infern. Issa, uliedi kollha u kullimkien, għandhom iwissu lill-erwieħ mitlufa (nies ħajjin) dwar x’għandhom jistennew. Ħeġġuhom ħalli jfittxu r-rikonċiljazzjoni billi jqerru dnubiethom issa. Huwa importanti li kemm jista’ jkun, ikun hemm nies li jkunu fi stat ta’ grazzja minn qabel, għaliex jistgħu ma jibqgħux ħajjin konsegwenza ta’ dan l-avveniment minħabba x-xokk kbir. Huwa ħafna aħjar, li intom l-ewwel taraw dan l-avveniment Divin u spettakolari, milli ma tkunux ippreparat fl-Aħħar Jum tal-Ġudizzju.

Qisu li tibqgħu sodi, intom ilkoll. Ifirħu, jekk intom segwaċi devoti tiegħi, għaliex sejrin tilmħu ftit mill-Preżenza Divina tiegħi, li l-antenati tagħkom qatt ma raw matul ħajjithom. Araw li titolbu għall-bqija ta’ wliedi. Għidulhom il-Verità issa, dlament li tistgħu. Injoraw id-disprezz tagħhom, għax jekk jieħdu azzjoni issa, billi jitolbu l-maħfra ta’ dnubiethom, huma sejrin jirringrazzjawkom wara li jseħħ dan il-Miraklu l-Kbir. Morru issa fil-paċi. Tibżgħu xejn. Biss itolbu għal dawk l-erwieħ mingħajr fidi, sabiex ma jmutux fid-dnub il-mejjet.


Is-Salvatur Divin tagħkom,
Ġesù Kristu