Nixtieq Nirringrazzja lil Dawk li Jgħinu fit-Tixrid tal-Kelma Mqaddsa Tiegħi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-25 ta’ Mejju, 2011, fl-4 pm.
Jien illum Ġejt sabiex Nagħmel kuraġġ lis-segwaċi kollha tiegħi, li wara li għarfu l-Leħen Veru tiegħi, wieġbu b’għemejjel kbar ta’ ġenerożità. Lil dawk minnkom li qegħdin tagħtu b’xejn mill-ħin tagħkom, sabiex tippromwovu u xxerrdu l-Messaġġi tiegħi, Nixtieq Nirringrazzjakom. Intom, uliedi prezzjużi, iġġibuli Ferħ kbir f’Qalbi Mnikkta, f’dan iż-żmien fl-istorja. Intom, uliedi, intom kapaċi, kuraġġużi u mimlija bid-Don tal-Ispirtu s-Santu. Il-lealtà u r-rigal tagħkom Lejja tal-ħin tagħkom, u d-devozzjoni kollha mħabba lejn il-Verità sejrin jirrendulkom Grazzji kbar fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida li Jiena Wegħedt lil uliedi. Jiena sejjer Niggwida jdejkom matul din il-Ħidma Sagra u sejrin tħossu l-Imħabba tiegħi. Araw li qatt ma tibżgħu tipproklamaw il-Kelma tiegħi, għaliex kull sforz żgħir magħmul minn kull min jippromwovi dawn il-Messaġġi sejjer jiġi ppremjat. Morru issa segwaċi leali u prezzjużi tiegħi. Komplu xerrdu l-Kelma Mqaddsa tiegħi, u għinu lil ħutkom li għandhom bżonn id-direzzjoni.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu