Kif Għandkom Timxu Waqt id-Diffikultjiet Finanzjarji.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-26 ta’ Mejju, 2011, fis-1 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, hija x-Xewqa tiegħi, li int issa tibda ssum għal mill-inqas, ġurnata waħda fil-ġimgħa. Għaliex jekk inti tagħmel hekk, Lili tkun qegħda togħġobni ħafna. Dan is-sagrifiċċju se jsaħħaħ il-purità tar-ruħ tiegħek u se jressaqek eqreb lejn il-Qalb l-Aktar Imqaddsa tiegħi. Uliedi fid-dinja, qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ ħafna sfidi f’dawn iż-żminijiet, sfidi li qatt ma kellhom jiffaċċjaw bħalhom qabel. L-akbar sfida bħalissa hija, x’sejrin jagħmlu dwar il-flus, li qegħdin isiru dejjem aktar skarsi. Għal bosta minn nies, dan huwa ħafna tal-biża’ għaliex għandhom bżonn il-flus, sabiex jibqgħu joqgħodu fi djarhom u jitimgħu lill-familji tagħhom. It-tieni diffikultà hija, n-nuqqas ta’ kwalunkwe gwida spiritwali sinifikantiva f’ħajjithom, li s’issa, din kienet meqjusa bħala importanti.
Meta intom titilfu d-dħul tagħkom, intom titilfu wkoll ix-xenqa tagħkom għal dawk l-oġġetti lussużi li toffri d-dinja. Issa, x’tiswa karozza lussuża, meta ma tistgħux titimgħu lill-familja tagħkom? Jew x’tiswa libsa sabiħa, meta intom qegħdin tħossu l-bard f’darkom stess, għaliex ma tistgħux taffordjaw tħallsu sabiex issaħħnuha sew? Huwa biss, meta wliedi jsibu ruħhom neqsin miż-żejjed li qabel kienu mdorrijin jgħixu bih, li huma jifhmu r-realtà li issa ġew mgħaddsa fiha. Issa llum, il-prijorità tagħkom għandha tkun fuq kif se takkwistaw il-bżonnijiet essenzjali tagħkom. Wara dan, tridu tistaqsu lilkom innnfuskom: x’inhu l-aktar importanti bħalissa? Issa ladarba tkunu qegħdin tieklu u tilbsu, mbagħad x’se jiġri? Is-superjorità ta’ xi ħadd fuq ħaddieħor, ma tibqax aktar rilevanti, meta intom tkunu qegħdin tistinkaw, sabiex ikollkom il-ħtigijiet bażiċi u sabiex tibqghu ħajjin. L-għira għar-rikezzi u l-unuri li għandu l-proxxmu tagħkom, ma jibqgħux aktar importanti. Huwa biss issa, meta intom se tfittxu l-kumditajiet spiritwali tagħkom, li ilhom neqsin għal ħafna żmien minn ħajjitkom.
Fit-tfittxija tagħkom sabiex issibu s-serħan tal-moħħ, duru Lejja u Lejn Missieri l-Etern, Alla l-Ħallieq ta’ kollox. Araw li ma titħajjrux tfittxu xi rimedji mingħand dawk li jfejjqu bl-ispiritwal (spiritual healers), sakemm dawn ma jirrappreżentawx Lili. Tfittxux il-faraġ artifiċjali f’mediċini stimulanti, sabiex itaffu l-uġigħ u n-niket tagħkom. L-uniku mod kif teħilsu mill-inkwiet u d-dwejjaq kbar, huwa meta intom idduru Lejja, Ġesù Kristu, s-Salvatur tagħkom. Jien issa qiegħed Nistennikom. Itolbuni Ngħinkom u Jiena Nipprovdilkom il-bżonnijiet bażiċi tagħkom. Jiena dejjem sejjer Nipprovdilkom dak li teħtieġu. Imma l-ewwel tridu titolbuni. Qisu li qatt ma żżommu l-inkwiet tagħkom għalikom infuskom. Aqsmuhom Miegħi. Aghtuni l-preokkupazzjonijiet kollha tagħkom. Jien Inwieġeb mill-ewwel. Għax dan Lili Jimlieni bil-Ferħ meta intom tafdaw Fija kompletament. Jien Inħobbkom ilkoll.
Is-Salvatur Devot tagħkom,
Ġesù Kristu,
Is-Sultan tal-Ħniena u l-Kompassjoni