Id-Dnub Dejjem Jibqa’ Dnub, Irrispettivament Minn Kemm Tipruvaw Tiġġustifikawh

Il-Ħadd, 29 ta’ Mejju 2011 @ 17:30

Id-Dnub Dejjem Jibqa’ Dnub, Irrispettivament Minn Kemm Tipruvaw Tiġġustifikawh.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tad-29 ta’ Mejju, 2011, fil-5.30 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, kemm Nibki Jiena għal uliedi kollha li jidinbu, għaliex huma ma jifhmux it-Tagħlim tiegħi. Ħafna minnhom, mhumiex konxji li huma joffenduni, għaliex jew qatt ma ġew mgħallma l-Verità, jew inkella għaliex iddeċidew li jiddefendu dnubiethom stess. Ħafna minn dawk li jidinbu, jippruvaw jiġġustifikaw l-att tad-dnub tagħhom, għaliex jisimgħu lil oħrajn jgħidu li ghandhom ikunu tolleranti, dejjem bl-iskuża sabiex jiġġustifikaw id-dnub tagħhom. Id-dnub dejjem jibqa’ dnub f’Għajnejn Missieri, u dan irrispettivament minn kemm hu żgħir id-dnub. Ħafna minn dawk li jwettqu dnub gravi, b’xi mod dejjem jirnexxilhom jiddefendu l-hekk imsejjaħ “id-dritt tagħhom għad-dnub” billi apposta jagħmu lilhom infushom għall-ħażen li jirrappreżenta d-dnub tagħhom.


Uliedi Huma Xxurtjati li Jiena Naħfrilhom Dnubiethom

Jaħasra, kieku biss uliedi kollha u ma’ kullimkien, kienu jafu bil-Ħniena tiegħi, imbagħad kienu jindunaw kemm huma xxurtjati li huma ngħataw dan ir-Rigal kbir tal-Maħfra, li Jiena Noffrilhom f’din il-ħajja fuq l-art. Jekk huma ma jitolbunix maħfra regolarment, allura dnubiethom iġagħluhom ikomplu jidinbu, għal darb’oħra u għal darb’oħra. Issa, aktar ma huma jidinbu, iktar jitbiegħdu Minni, u iktar ikun diffiċli li jerġgħu lura Għandi. Mela isimgħuni issa: Il-Ħniena tiegħi qiegħda hemm, sabiex intom ilkoll tibbenefikaw minnha. Aċċettaw dan ir-Rigal Mingħandi issa. Araw li ma tħallux lid-dinja taqbadkom fin-nassa tagħha, ħalli ssiru priża tat-tentazzjonijiet għad-dnub. Ladarba tidinbu, intom tinqabdu f’nassa, u wara ma tkunux tafu x’taqbdu tagħmlu. Id-dnub iġegħlkom tħossukom imdejjqin minn ġewwa u fil-fond tagħkom infuskom.


It-Tolleranza Saret Moda Llum

Tant issa hemm minn uliedi, li kontinwament jgħajtu kemm jifilħu għall-ħtieġa għat-“tolleranza fis-soċjetà”. It-tolleranza saret moda llum fit-terminu laxk tagħha. Din tista’ tintuża biex tgħawweġ u taħbi l-verità anke fl-aktar dnubiet gravi. It-tolleranza hija mfassla apposta b’mod intelliġenti, sabiex tiddefendi kull tip ta’ dnub magħruf mill-bniedem fid-dinja tal-lum. Kulħadd issa qiegħed isostni d-dritt tiegħu għat-tolleranza. Ikun xi jkun id-dnub, dan se jiġi mxandar bħala xi dritt ċivili fil-biċċa l-kbira tal-każijiet. Mhux importanti kemm dawn id-dnubiet jiġu mxandra bħala “tajbin”, dawn dejjem jibqgħu ħżiena. Issa wasal iż-żmien li l-bnedmin jiffaċċjaw il-verità, sabiex jerġgħu jsiru responsabbli. Jiġifieri, li l-bnedmin jaċċettaw li dawn l-atti tad-dnub li qegħdin jieħdu sehem fihom, huma moralment ħżiena. Fejn jittrattaw lil sħabhom il-bnedmin, inklużi dawk it-tfal fil-ġuf, bħala ugwali f’kollox.

Itolbu bil-qawwa kollha għall-Grazzji sabiex taraw il-Verità għal dak li verament hi. U li ma taċċettawx il-verżjoni falza li għażiltu li temmnu fiha, għaliex din taqbel mal-għanijiet egoisti tagħkom. Hemm Verità waħda biss. Fil-fond ta’ qalbkom, kull wieħed u waħda minnkom, tafu d-differenza bejn it-tajjeb u l-ħażin. Qisu li taċċettaw dan issa, jekk intom triduni li Jien Insalvakom min-nar tal-Infern.


Is-Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM