Ix-Sejf tal-Ġustizzja Issa Sejjer Jinżel bil-Qawwa.
Mill -Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-30 ta’ Mejju, 2011, fit-3 am.
Isimgħuni issa intom wliedi kull fejn tinsabu. Is-Sejf tal-Ġustizzja sejjer jinżel bil-qawwa fuq dawk li jonqsu milli jippreparaw b’mod adegwat għat-Twissija l-Kbira.
Il-fjammi tal-Ħniena Divina tiegħi, li qegħdin jiġu mogħtija lid-dinja, sabiex joffru lil kull wieħed u waħda minnkom lemħa, ta’ kif se jkun l-Aħħar Jum tal-Ġudizzju, sejrin jiġu interpretati ħażin minn ħafna minnkom. Dan il-jum importanti tat-Twissija l-Kbira issa qiegħed joqrob ma’ kull xahar, u għalhekk hemm bżonn li ssibu l-ħin tagħkom sabiex tippreparaw sew għall-Ħniena Divina tiegħi.
Ħafna u ħafna erwieħ, sejrin isibuha diffiċli biex jifhmu xi tfisser verament din il-ġrajja kbira. Tant sejjer ikun hemm nies, li bħala riżultat tagħha, jmutu bil-qatgħa, li dan Lili jnikketni ħafna, għaliex dawk li sejrin imutu bix-xokk, sejjer ikun minħabba l-istat ħażin ta’ ruħhom. Intom il-Kattoliċi kullimkien, qisu li tfittxu Tqerru issa, jekk tridu li tibbenefikaw minn dan l-Att Kbir tiegħi ta’ Mħabba u l-Ħniena. Intom l-Insara u reliġjonijiet l-oħra, itolbu fis-skiet, u għidu lil Alla kemm tixtiequ tirċievu l-maħfra. Għidulu kemm intom iddispjaċuti għan-nuqqasijiet tagħkom u itolbuh jaħfirkom dnubietkom. Dawk biss li huma ta’ qalbhom mimlija mħabba Għalija u għal Alla, il-Missier li Jista’ Kollox, sejrin jkunu ppreparati b’mod xieraq. Oħrajn, minħabba s-saħħa li għandhom f’moħħhom u fil-karattru tagħhom, fl-aħħar se jifhmu l-verità u jaċċettawni b’imħabba f’qalbhom.
Fir-rigward ta’ oħrajn, tant sejra tkun kbira l-qatgħa tagħhom, ta’ meta ruħhom imsewda tiġi żvelata lilhom, li se jmutu zopptu. Imbagħad dakinhar, ikun tard wisq għalihom sabiex ifittxu l-maħfra. Ma jkun baqa’ l-ebda tama għalihom. Itolbu u itolbu intom lkoll, sabiex kemm jista’ jkun erwieħ (nies) ma jmutux, u jibqgħu ħajjin waqt dan l-Att Kbir tal-Ħniena tiegħi.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu