Twissija lil Dawk li Huma Involuti f’Kulti Sataniċi

It-Tnejn, 30 ta’ Mejju 2011 @ 22:00

Twissija lil Dawk li Huma Involuti f’Kulti Sataniċi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-30 ta’ Mejju, 2011, fl-10 pm.


Binti, int issa qiegħda tissaħħaħ sew, u permezz tal-ubbidjenza tiegħek lejn ir-Rieda l-Aktar Qaddisa tiegħi, inti tista’ twissi lid-dinja minn issa, dwar x’sejjer jiġri fil-futur.

Meta Jiena nitkellem dwar id-dnub, ma nkunx żvelajt id-dnubiet baxxi u korrotti li jsiru, fejn anke l-midinbin ordinarji jsibuha diffiċli biex jifhmuhom. Il-prattiki diżgustanti mwettqa minn l-hekk imsejħa soċjetajiet sofistikati tal-Punent, wara l-bibien magħluqa, jixxokkjawk sal-fond ta’ qalbek.

L-atroċitajiet krudili, fejn tfal żagħar jinqatlu waqt ritwali, b’rispett lejn ix-Xitan (Satana) huma realtà fid-dinja tal-lum. Iżda dawn huma biss ftit mill-atti intensament ħorox, li jsiru mill-bnedmin influwenzati mix-Xitan. Ibqgħu sejrin hekk uliedi, u taraw kif sejrin ssibuha impossibbli li terġgħu lura Għandi. Atti oħra li jaqsmuli Qalbi jinkludu, l-abbuż fiżiku partikolarment fuq tfal żgħar innoċenti. Ħalluni nispjegalkom it-tip ta’ dnubiet, li jnikktu immens lil ħafna minnkom, li  kieku Jiena kelli Niddeskrivihomkom fid-dettall.

Is-segwaċi tax-Xitan, permezz tal-kulti tagħhom, isiru selvaġġi fit-trattament tagħhom man-nies l-oħra, li għalihom m’għandhom l-ebda rispett. Huma jagħmlu ritwali regolari u joffru sagrifiċċji, inklużi sagrifiċċji umani, jidgħu, jisħtu u jagħmlu atti ta’ profanazzjoni Lejja, lejn il-Missier Etern tiegħi u lejn Ommi l-Għażiża. Tant m’għandhomx mistħija, dawn li jaduraw lix-Xitan, li saħansitra jiftaħru bin-nuqqas ta’ rispett tagħhom Lejja fil-pubbliku, permezz tal-mużika, fil-films, fuq it-TV u fl-arti. Dawk ħatja ta’ dawn is-sagrileġġi se jiffaċċjaw il-kundanna eterna, fejn sejrin jinħarqu fl-Infern għall-eternità.

Din hija waħda mill-aħħar twissijiet li sejrin tirċievu Mingħandi, Jiena, is-Salvatur tagħkom, Ġesù Kristu. Hija wkoll l-aħħar talba tiegħi għalikom, sabiex issalvaw lilkom infuskom, dlamnt li għadkom tistgħu.

Jiena, Ġesù Kristu, ma nagħmilx theddid fil-vojt. Jiena sejjer nagħmel minn kollox sabiex Insalvakom. Imma lil hinn minn ċertu punt, imbagħad m’hemm xejn li Jiena nkun nista’ nagħmel aktar, sabiex inwaqqafkom milli tfittxu l-faraġ finta tal-uġigħ u l-inkwiet tagħkom, li taħsbu li se jiġi offrut lilkom mill-Qarrieqi. Isaw, ħollu dawk il-manetti mxajtna li bihom intom marbuta u fittxu aħarbu Għandi issa. Jien sejjer Insalvakom, imma l-ewwel tridu titolbuni naħfrilkom, issa waqt li għadkom ħajjin f’din il-ħajja.

Ftakru, li l-għażla hija tagħkom. Il-Ġenna jew l-Infern. Intom tridu tagħżlu waqt li għadkom ħajjin fuq din l-art. Għaliex wara, meta tgħaddu għall-ħajja li jmiss, ma tkunux tistgħu tagħmlu dan.


Ġesù Kristu tagħkom,
Dejjem Paċenzjuż u Kollu Mħabba


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM