Il-Profezija ta’ Garabandal Issa Se Ssir Realtà.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-31 ta’ Mejju, 2011, fit-3.30 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, inti diġà mxejt triq twila u f’daqshekk żmien qasir. Dan ma kiex għal xejn, imma għal raġuni. Għaliex dan il-ħin kollu tiegħek kien meħtieġ, sabiex Jien Inwassal il-Kelma l-Aktar Qaddisa tiegħi, f’dinja mejta bil-għatx għall-Imħabba tiegħi. In-nies, xorta waħda ma jisimgħux, għaliex ma jridux jafu. Filwaqt li ħafna mis-segwaċi leali tiegħi, issa huma attenti għall-bidliet li qegħdin joqorbu sabiex iseħħu, s’issa ħafna nies m’għandhom assolutament l-ebda interess fit-Twissijiet mogħtija lid-dinja minn Ommi l-Għażiża. Il-Profeziji mħabbra f’Garabandal issa se jsiru realtà. Araw li issa stess tippreparaw għal dan l-avveniment, għaliex fadal biss ftit xhur, sabiex tħejju ruħkom. Jekk jogħġbok, inti tibżax binti, għaliex Jiena Naf li dawn l-avvenimenti lilek iġagħluk titnikket għaliex qegħda taħseb dwar il-futur ta’ wliedek. Kun af li t-Twissija l-Kbira sejra tbiddel kollox. Madankollu, din sejra tippreżenta għażla ċara fit-triq tagħkom. L-umanità, meta tkun qamet u indunat bil-Verità tal-Eżistenza ta’ Alla, mbagħad permezz tar-rieda ħielsa tagħha stess, tagħżel waħda minn dawn iż-żewġ toroq: Jew it-Triq tas-Salvazzjoni, jew it-triq tal-kundanna.
Il-Kastigi Sejrin Jeqirdu Ħafna mid-Dinja
Qisu li titolbu bil-qawwa kollha, sabiex il-bnedmin jagħżlu l-ewwel Triq tas-Salvazzjoni. Għax jekk ma jagħmlux hekk, id-dinja sejra tbati mill-akbar Kastigi ħorox, fejn ħafna partijiet minnha jitneħħew mill-mappa. Imma kif jista’ jkun li uliedi qegħdin jixtiequ dan? Madankollu, minħabba d-dnub tiegħu, il-bniedem, b’dispjaċir jagħżel li jinjora l-Wegħda tiegħi u jsegwi t-triq tal-Qarrieqi. Jiena diġà Għedtilkom, li mhux sejjer Nagħtikom data tat-Twissija l-Kbira, għaliex dan huwa magħruf minn ftit erwieħ magħżula (nies ħajjin) biss. Għaliex li kieku din id-data kellha ssir pubblika, in-nies ikunu mħajra jfittxu l-maħfra tagħhom minn sens ta’ umiltà falza. Araw li tafdaw Fija. Għalikom, kollox se jkunilkom sew uliedi. Intom imberkin li ngħatajtu dan ir-Rigal meraviljuż tar-Rivelazzjoni. Id-dinja, issa dalwaqt sejra tkun tidher li qegħda ssir aktar kalma, kif ukoll xi ftit stramba, matul ix-xhur li ġejjin ta’ qabel it-Twissija l-Kbira. Għaliex meta din tasal, filwaqt li tkun spettakolari, sejra tkun tidher ċara fis-sema, għalkemm din l-esperjenza mistika sejra tkun kwieta, u dan sabiex intom tkunu aktar ippreparati għal din il-laqgħa siekta mal-kuxjenza tagħkom stess. Ftakru, li aktar ma jkun hemm nies li jkunu mwissija minn qabel, dwar dan l-avveniment kbir, aktar sejrin ikunu salvati erwieħ. Araw li titolbu u titolbu l-Ħniena Divina tiegħi għal dawk l-erwieħ li se jmutu matul it-Twissija l-Kbira. Huma jeħtieġu t-talb tagħkom.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu