Il-Jiem li Baqgħalu l-Papa Benedittu, Issa Huma Magħduda

L-Erbgħa, 1 ta’ Ġunju 2011 @ 11:00

Il-Jiem li Baqgħalu l-Papa Benedittu, Issa Huma Magħduda.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-1 ta’ Ġunju, 2011, fil-11 am.


Maħbuba binti l-għażiża, inti għadek kif ġejt ittestjata, għal darb’oħra, u dan, fl-Isem Imqaddes tiegħi, sabiex inti tabbunduna t-triq tal-Verità. Din sejra tkun għalik ġrajja ta’ spiss u regolari, għaliex mhux se jgħaddi jum wieħed, meta l-Qarrieqi ma jieqafx jipprova jwarrbek minn dan ix-xogħol, billi jpoġġilek id-dubji f’moħħok.

Inti m’għandekx toqgħod taġħti kas tal-messaġġi ġejjin minn viżjonarji oħra, jew toqgħod tisma’ lil xi persuna oħra li tiddikjara li qiegħda tikellem f'Ismi, jekk dawn jagħtuk xi messaġġ, li huwa l-kuntrarju tal-Kliem li tirċievi Mingħandi.

Il-Profeziji tiegħi, huma kkomunikati b’mod preċiż ħafna lilek binti. Ix-Xitan (Satana) sejjer ikompli jkissrek u jweġġgħek meta inti l-inqas li tkun tistennieh. Allura, qis li toqgħod attenta l-ħin kollu. Il-jiem li baqgħalu l-Vigarju maħbub tiegħi, issa huma magħduda. Huwa se jkun telaq mill-Vatikan qabel ma sseħħ it-Twissija l-Kbira. Ara li tafda Fija. Qis li tobdini. Int issa tinsab tavvanza tajjeb. Imma kun ċerta, li inti qatt ma taqla’ għajnejk minn Fuqi.

Madankollu, inti m’għandekx għalfejn tibża’ tgħix ħajtek kif tagħmel normalment, dlament li t-talb tiegħek u d-devozzjoni Lejja jibqgħu parti integrali u importanti. Jiena issa sejjer niżgura, li minn issa 'l quddiem, inti ma tkunx aktar waħdek f’dan ix-xogħol, u li dawk biss li diġà jinsabu mmexxija Minni, se jkollhom xi forma ta’ influwenza fuq id-dixxerniment tiegħek.

Jien irridek tafdani meta ngħidlek, li x-Xitan mhux sejjer jirnexxielu, la jeqred l-Kliem tiegħi u lanqas jikkontamina dawn il-Messaġġi, li inti qiegħda tirċievi Mingħandi. Dan mhux se jiġri bħalissa, għaliex din il-Missjoni hija importanti immens, u kull forma ta’ protezzjoni qiegħda tiġi offruta lilek binti. Jekk inti qatt xi darba tħossok imħassba dwar xi Messaġġi, sempliċement kemm tistaqsini, u Jien Inwieġbek. Qis li ma titlobx lil xi ħaddieħor għall-fehmiet tiegħu, għaliex huma mhumiex kwalifikati biex jikkummentaw dwar il-Kelma Divina tiegħi.

Ara li qatt ma tinvolvi ruħek f’xi messaġġi ta’ viżjonarji oħra. Dan huwa importanti ħafna, għaliex inkella tkun qiegħda tagħmel ħsara lix-xogħol tiegħek.

Int issa taf, li Jiena, is-Salvatur tiegħek u s-Sultan tal-Umanità, Nikkmanda fuq kollox u fuq kulħadd. L-ebda bniedem m’għandu jtebba’ il-Kelma tiegħi. Qatt. Kun grata li qiegħed jingħatalek id-Don tal-Profezija, u qis li tobdini l-ħin kollu. Qatt toffendini billi tiddubitani. Dawk iż-żminijiet issa ilhom li għaddew. Fittixni bl-umiltà f’qalbek u f’ruħek. Ibqa’ siekta meta l-Kelma tiegħi tiġi mwaqqa’ għaċ-ċajt, attakkata, miċħuda, imgiddba u kkontestata, għaliex mhux inti għandek twieġeb, imma Jiena. Inti sejra titgħallem ħafna aktar Minni binti, jekk toqgħod bilqiegħda u tismagħni. Jiena sejjer nimla lil moħħok bid-Don tad-Dixxerniment. Ara li taċċetta dan id-Don. Tiddubitax. Ifraħ Miegħi.

Din hija Missjoni importanti ħafna, differenti minn kull ħaġa li Jiena qatt bgħatt lill-umanità, sa mill-ewwel profeti. Inti sejra teħtieġ saħħa min-naħa tiegħek, f’termini umani. Dak li hu importanti bħalissa huwa, li sempliċement tikkomunika Miegħi permezz tat-talb, tal-Adorazzjoni u tas-Sagramenti Mqaddsa. Kull ħaġa oħra, trid tinżamm barra minn dan il-ħin. Il-familja tiegħek ukoll hija importanti ħafna, f’kull ħin. Kull ħaġa barra minn dawn iż-żewġ entitajiet, taqa' f’kategorija ħafna aktar l-isfel. Ipprova irrilassa, u ħoss l-Imħabba tiegħi. Toqgħodx titlef ħin prezzjuż tinkwieta. Ingħaqad Miegħi ħaġa waħda, u tkun protetta mill-ħsara. Jien Inħobbok binti, u Nafdak.


Id-Devot Salvatur u Għalliem taghkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM