Ix-Xitan Jirrekluta liż-Żgħażagħ Permezz tal-Kultura Popolari

Is-Sibt, 4 ta’ Ġunju 2011 @ 17:00

Ix-Xitan Jirrekluta liż-Żgħażagħ Permezz tal-Kultura Popolari.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur u Għalliem tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-4 ta’ Ġunju, 2011, fil-5 pm.


Il-messaġġi li nagħtawlek, qegħdin jinfirxu mad-dinja kollha. Ifraħ, għaliex Jiena għedtlek, li l-Kelma tiegħi, meta tinqara, kienet sejra tqanqal l-erwieħ (nies ħajjin) u kullimkien, inklużi dawk il-midinbin bierda. Meta Jiena tajt il-Kelma tiegħi lid-dinja, eluf ta’ snin ilu, lill-għeżież Appostli tiegħi, huma ħallew impatt profond fuq l-umanità. Illum, apparti s-segwaċi ta’ Alla l-Missier Etern, u tiegħi Ibnu, Ġesù Kristu, ħafna minn dak li ġie mgħallem, sfortunatament intesa.

Il-komunikazzjonijiet tiegħi lid-dinja, permezz tiegħek binti, huma sabiex nipprova nissimplifika t-Tagħlim tiegħi. Aktar importanti minn hekk, ir-raġuni għaliex Jiena qiegħed nitkellem issa, hija biex infakkar, ngħallem u ndaħħal il-Kelma l-Aktar Qaddisa tiegħi f’moħħ uliedi, sabiex ikunu jistgħu jiġu Salvati mid-dwiefer tax-Xitan (Satana).

Binti, imlejtlek lir-ruħek, permezz tad-Don tal-Ispirtu s-Santu, bil-Qawwa tad-Dixxerniment. Din il-Qawwa ngħatatlek, mhux biss biex inti tkun tista’ tifhem dawn il-Messaġġi, iżda wkoll, sabiex turik il-krudeltà tad-dnub. Bħalissa, meta inti tosserva d-dnub, tħossok imdardra, tant li tħossok iddisturbata minn ġewwa. Issa Jiena qiegħed nagħtik biss togħma, ta’ dak li Jiena Nsofri, meta Nara lil uliedi infestati bid-dnub.

Ħafna minn nies li tosserva fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum, permezz tal-midja, tal-films u fuq it-TV, iħawduk. Id-dnub, meta jkun preżenti fl-erwieħ, jimmanifesta ruħu u jkun jidher ċar permezz ta’ ċerti sinjali. Inti binti, issa permezz tal-Grazzji tiegħi, tista’ tagħraf immedjatament xi persuna li tkun qiegħda tgħix fid-dnub. L-ewwel sinjal li sejra tinnota jkun l-arroganza u l-kburija, fejn bniedem iqis lilu nnifsu aktar importanti minn ieħor. Sinjali oħra kif ppreżentati lilek, ikunu ġejjin mid-dnub tal-kburija u r-regħba.

Wieħed mill-aktar dnubiet rampanti fid-dinja tal-lum, huwa l-imġieba sesswali offensiva u mhix aċċettabbli f'soċjetà perversa. Meta dan id-dnub jiġi ppreżentat lid-dinja, dejjem ikun għat-taparsi biex idaħħaq. Dan huwa mod intelliġenti kif dawn jipprovaw jikkonvinċu lil ħaddieħor, li din l-imġieba mhi xejn ħlief parti naturali mill-għaġna umana tagħkom. Qiegħda tara binti, bħallikieku mhux veru dan, li kull persuna fid-dinja tħobb tidħaq, u għandha bżonn sens ta’ umoriżmu, li huwa rigal mingħand Alla. Għalhekk meta tiġi mbuttata mġieba sesswalment mhix normali u devijanti, ġeneralment tiġi ppreżentata biex iddaħħaq. Dan mhux biss ibaxxi lil mara, imma wkoll jinfluwenza lit-tfal żgħar, ħalli jaċċettaw l-imġieba dekadenti u ħażina bħala kultura popolari (pop) u normali.

Ix-Xitan iħobb jirrekluta erwieħ żgħar. Għalhekk juża mezzi moderni biex jaħtaf dawn il-ħrief ċkejknin u prezzjużi tiegħi. Huma, it-tfal żgħar tiegħi, bla ma jkunu jafu, jimitaw din l-imġieba disgustanti, li tkun imħeġġa aktar mill-pressjoni taz-zgħazagħ oħra bħalhom.


Twissija lil Dawk fl-Industrija tal-Mużika

Jiena hawn qiegħed Inwissi lil dawk kollha fl-industrija tal-mużika, tal-films u tal-arti. Jekk intom sejrin tkomplu tikkontaminaw lil uliedi, intom sejrin tiġu kkastigati bil-kbir. Intom, uliedi żbaljati, intom pupazzi fl-armerija tax-Xitan. Hu jużakom, billi l-ewwel iħajjarkom għar-rikezzi, l-fama u l-abbundanza tal-ġid. Imbagħad jinvadi lil ruħkom. Wara dan, huwa jkaxkarkom fil-fond tal-ħama, fejn id-Demonji tiegħu jidħlu f’ġisimkom, ħalli jkunu jistgħu jesponu d-dnubiet orribbli tagħkom u l-atti sesswali oxxeni tagħkom. Sadanittant, intom tibqgħu taħsbu, li dan huwa biss divertiment u li ma jagħmel l-ebda ħsara.

Kif m’intomx tindunaw, li rwieħkom qegħdin jiġu misruqa? Kif ma jimpurtakomx? Ma tirrealizzawx li jekk tagħmlu dawn l-atti sesswali oxxeni u immorali se tintilfu għal dejjem? Hekk kif tixxennqu għal aktar ħażen u eċċitament, issuru ma tixbgħu qatt. Wara dan, teqirdu lilkom infuskom stess. Ghiduli għaliex taħsbu, li tant minnkom li qed tgħixu wara din il-maskla falza fil-kultura taċ-ċelebritajiet, jikkommettu suwiċidju? Jew tieħdu doża eċċessiva ta’ droga? Jew kontinwament imdejqin? Għaliex għandkom disperazzjoni li ċċarrat il-qlub? Ma tafux li x-Xitan irid ruħkom u malajr? Iktar ma tmutu malajr fid-dnub il-mejjet, ix-Xitan iktar jista’ jisirqilkom ruħkom minngħand Alla malajr, il-Missier li Jista’ Kollox, il-Ħallieq tagħkom.

Huwa diffiċli għal uliedi li huma maqbuda f’din il-gidba biex jifhmuha. Imma aħsbu dwarha b’dan il-mod. Anke meta tkunu fid-dnub, xorta jkun baqa’ d-Dawl ta’ Alla preżenti fikom. Ħafna midinbin u atei, ma jindunawx b’dan. Huma jkomplu dejjem jiżżersqu l-isfel fid-dnub tagħhom lejn l-Infern. Madankollu, huwa biss minħabba d-Dawl ta’ Alla li jżommhom f’sensihom. Mingħajr id-Dawl ta’ Alla, id-dinja tkun fid-dlam. Dan id-dlam, jekk jiġi esperjenzat, iwerwirkom. Imbgħad, l-atti midinba tagħkom, mhux biss tistmerruhom imma tkunu tridu taħarbu u tinħbew mid-Dawl. Għax anke jekk id-Dawl ta’ Alla kellu jidher lilkom f’daqqa waħda, intom ma tkunux tistgħu tissaportu id-dija jew il-qawwa tiegħu.

Mingħajr id-Dawl ta’ Alla, jkun hemm dlam totali fir-ruħ. Minħabba li intom uliedi, qatt ma kellkom għalfejn tgħaddu mingħajr dan id-Dawl, għax li kieku, intom ma tkunux tistgħu tibqgħu ħajjin, jekk u meta dan id-Dawl jintefa.


Ħudu Ħsieb Ruħkom, Għaliex Din Biss Se Tieħdu Magħkom fil-Hajja li Jmiss

It-Twissija l-Kbira sejra tagħtikom idea ta’ kif se tkun din is-sensazzjoni. Jekk tkunu fid-dnub il-mejjet waqt it-Twissija l-Kbira, tibżgħux għax din hija biss hekk. Jigġifieri Twissija. Sfortunatament, tant dnubietkom sejrin jkunu xokkanti, meta tarawhom fl-istat ċar u ikrah tagħhom, li jistgħu jikkawżawlkom qata’ fiżikament. Qisu li ma tistennewx sa dakinhar. Agħmlu xi ħaġa dwar il-ħajja spiritwali tagħkom issa. Ikkunsidraw d-dinjità ta’ ruħkom. Araw li tieħdu ħsieb ruħkom, għax din hija dak kollu li se tieħdu magħkom fil-ħajja li ġejja. Ġismek mhu ta’ l-ebda valur. Madankollu, jekk tużaw ġisimkom, mogħti lilkom minn Alla l-Missier li Jista’ Kollox bħala rigal għad-dnub, jew sabiex twaqqgħu lil ħaddieħor fid-dnub, ikun ġisimkom li jġib il-waqgħa ta’ ruħkom.

Aħsbu wliedi dwar l-hena futura tagħkom. Għax iż-żmien tagħkom fid-dinja huwa biss farka miż-żmien fl-eżistenza tagħkom. Jekk tonqsu milli tieħdu ħsieb ruħkom, tkunu qegħdin tiggarantixxu l-abbandun iżolat tagħkom fl-Infern, fejn ma teżisti l-ebda ħajja oħra, ħlief dik ta’ uġigħ u tortura eterna.


Kuljum, Miljuni Jinsabu Neżlin bil-Ġirja Lejn il-Bibien tal-Infern

Kuljum, miljuni ta’ erwieħ, fil-mument tal-mewt tagħhom, jinsabu niżlin jiġru lejn il-bibien tal-Infern: kbarat, mexxejja, sinjuri, foqra, kantanti, atturi, terroristi, qattiela, stupraturi u dawk li għamlu l-aborti. Id-denominatur komuni tagħhom lkoll huwa dan: Ħadd minnhom ma emmen li l-Infern jeżisti.


Il-Maħbub Salvatur u l-Għalliem tagħkom, Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM