Żewġ Kometi Sejrin Jaħbtu f'Xulxin u s-Salib Tiegħi Se jidher f’Sema Ħamrani

Il-Ħadd, 5 ta’ Ġunju 2011 @ 16:30

Żewġ Kometi Sejrin Jaħbtu f'Xulxin u s-Salib Tiegħi Se jidher f'Sema Ħamrani.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Bnedmin Kollha, lil Marija Ħniena Divina, tal-5 ta’ Ġunju, 2011, fl-4.30 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, iż-żmien qorob. It-Twissija l-Kbira issa waslet. B’Qalbi maqsuma rrid ngħidilkom, li ħafna erwieħ (nies ħajjin) mhux sejrin jagħtu kas ta’ dawn il-messaġġi dwar it-Twissija l-Kbira. Il-Kelma tiegħi qiegħda taqa’ fuq widnejn torox. Għaliex ma jridux jisimgħu? Mhux biss Jiena qiegħed nagħtihom id-Don kbir tal-Ħniena tiegħi, meta se nxerred il-Grazzji tiegħi fuq id-dinja kollha, iżda qiegħed nipprova wkoll inħejjihom għal dan l-avveniment. Miljuni sħaħ ta’ midinbin se jifirħu meta jintwerew il-Ħniena Kbira tiegħi. Oħrajn mhux se jkollhom iċ-ċans li jifdu lilhom infushom fil-ħin, għax se jmutu bil-qata’.

Binti, inti jeħtieġ li tagħmel dak kollu li tista’ sabiex twissi lid-dinja, għaliex dan l-avveniment kbir sejjer jixxokkja lil kulħadd. Huma sejrin jaraw sinjali kbar fis-sema, qabel ma sseħħ it-Twissija l-Kbira. Il-kwiekeb sejrin jaħbtu flimkien b’impatt tant kbir, li l-bniedem se jħawwad dan l-ispettaklu li jara fis-sema ma’ wieħed katastrofiku. Hekk kif dawn il-kometi jidħlu f’xulxin, jikkawżaw sema ħamrani kbir, u s-Sinjal tas-Salib tiegħi jidher mad-dinja kollha u minn kulħadd. Ħafna sejrin jitwerwru. Imma Jiena ngħidilkom, ifirħu għax sejrin taraw, għall-ewwel darba f’ħajjitkom, Sinjal Divin realistiku, li jirrappreżenta bxara t-tajba u kbira għall-midinbin kullimkien.

Hekk kif taraw is-Salib tiegħi, allura mbagħad tkunu tafu, li l-Ħniena Kbira tiegħi qiegħda tingħata lil kull wieħed u waħda minnkom, intom l-ulied prezzjużi tiegħi. Għaliex kien mill-Imħabba profonda u dejjiema li kelli għalikom li Jiena mitt, minn jeddi fuq is-Salib, biex Insalvakom. Meta taraw is-slaleb fis-sema matul it-Twissija l-Kbira, tkunu tafu li dan huwa is-Sinjal ta’ Mħabbti għalikom.

Għeżież segwaċi tiegħi, itolbu sabiex ħutkom ikunu jistgħu jifirħu meta huma wkoll jintwerew il-prova tal-Eżistenza tiegħi. Itolbu li jaċċettaw li dan huwa ċ-ċans tagħhom li jifdu lilhom infushom f’Għajnejja. Li dan l-att kbir ta’ Ħniena jsalva lir-ruħhom, jekk huma jħalluni ngħinhom.


Sejrin Taraw x’Jiġri Meta Tmutu fid-Dnub il-Mejjet

It-Twissija l-Kbira sejra tkun esperjenza ta’ purifikazzjoni għalikom ilkoll. Parti minnha tista’ tkun spjaċevoli, speċjalment għal dawk fid-dnub il-mejjet. Għax għall-ewwel darba, se tintwerew kif jinħass minkom meta d-Dawl ta’ Alla jisparixxi minn ħajjitkom. Ruħkom sejra tħoss l-abbandun li jħossu dawk li jmutu fid-dnub il-mejjet, dawn l-erwieħ imsejkna, li jkunu ħallew tard wisq sabiex jitolbu lil Alla jaħfrilhom dnubiethom. Ftakru, li huwa importanti li nħallikom ilkoll tħossu dan il-vojt tar-ruħ. Għaliex dakinhar biss tifhmu, li mingħajr id-Dawl ta’ Alla, ruħkom tieqaf tħoss. Ruħkom u ġisimkom isiru biss reċipjenti vojta. Anke l-midinbin iħossu d-Dawl ta’ Alla għax Huwa preżenti f’kull wieħed u waħda minn uliedu fid-dinja. Imma magħad, meta tmutu fid-dnub il-mejjet, dan id-Dawl ma jibqax jeżisti.

Ippreparaw issa għal din il-ġrajja kbira. Salvaw lir-ruħkom dlament li tistgħu. Għax ikun biss meta d-Dawl ta’ Alla jitlaqkom, li fl-aħħar tindunaw bid-dlam tal-baħħ u mejjet  li joffri x-Xitan (Satana), li huwa biss mimli b'dieqa ta’ qalb u twerwir kbir.

Erġgħu imlew lir-ruħkom. Ifirħu issa, għax it-Twissija l-Kbira sejra ssalvakom u tressaqkom eqreb lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħi.

Ilqgħu t-Twissija l-Kbira. Għax dakinhar tingħataw il-prova tal-Ħajja Eterna u tkunu tafu kemm hi importanti.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom Ġesù Kristu,
Sultan tal-Bnedmin Kollha


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM