L-Imfietaħ ta’ Ruma Issa Qegħdin Jingħataw Lura lil Alla, il-Missier li Jista’ Kollox

It-Tnejn, 6 ta’ Ġunju 2011 @ 10:30

L-Imfietaħ ta’ Ruma Issa Qegħdin Jingħataw Lura lil Alla, l-Missier li Jista’ Kollox.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-6 ta’ Ġunju, 2011, fl-10.30 am.


Maħbuba binti l-għażiża, qis li tibqa’ soda. Il-kontenut tal-Messaġġi tiegħi lilek, qiegħed iġiegħlek tibża’, li madankollu, inti m’għandekx għalfejn. Kultant inti tħossok ħafna waħdek f’dan ix-Xogħol, imma Jiena qiegħed miegħek kuljum u m’Iniex ’il bogħod minn ħdejk. Il-Messaġġi tiegħi, kif Għedtlek qabel, mhux dejjem iġibu ferħ lill-erwieħ (nies ħajjin). Madankollu, dawk li jemmnu Fija, jifhmu li l-Kastig il-Kbir huwa neċessarju sabiex jgħin jippurifika lid-dinja. Jiena Naf li huwa diffiċli xi kultant għalik, li tixtarr il-kontenut tagħhom, imma jeħtieġ li tpoġġi l-fiduċja kollha tiegħek Fija. Qiegħed Nagħtik struzzjonijiet, għal darb’oħra, sabiex ma tinvolvix lilek innifsek ma’ dawk in-nies, dawk li suppost jemmnu Fija, iżda li jisfidaw, jgħarblu jew ifittxu d-difetti fil-Kelma Mqaddsa tiegħi. Dan għaliex, la int u lanqas dawk l-erwieħ, m’għandkom l-awtorità li tagħmlu dan. Ħallihom lil dawk li jibqgħu imaqqdru u jikkundannaw il-Kelma tiegħi, għaliex din issa m’għadhiex xi kwistjoni tiegħek. Iva, ċertament li inti sejra tiġi kkritikata meta xxandar il-Kelma tiegħi. Iżda qis li tinjorahom lil dawk li jippruvaw jinvolvu lilhom innfushom miegħek b’xi argumenti.

Il-żmien huwa qasir wisq biex toqgħod taħlih f’kustjonijiet bħal dawn. In-nies li inti għandek bżonn tinkwieta dwarhom bħalissa, huma dawk l-imsieken uliedi, li m’għandhomx fidi, jew li ma jafux Lili jew lil Missieri Etern. Dawk huma n-nies li Lili jimpurtawni ħafna dwarhom. Għalhekk, filwaqt li dawk l-Insara b’intenzjoni tajba, li dejjem jippruvaw jifhmu l-Kelma tiegħi, jiddedikaw il-ħin tagħhom sabiex jgħarblu lil Kelmti, minflok ma sempliċement jobbdu t-Tagħlim tiegħi u jitolbu għal dawk l-imsieken ħuthom, dawk l-Insara qegħdin jaħlu ħafna mill-ħin prezzjuż tagħhom. Binti, għid lid-dinja li d-diżastri ekoloġiċi kif imbassra, issa sejrin jolqtu lid-dinja. Dawn kollha sejrin jibdew issa, bil-qabda u malajr. U dan kollu minħabba li l-midinbin imgeżwrin kif inhuma fil-ħażen tagħhom, ma jridux jagħtu kas tal-Kelma t’Alla, il-Missier.


Min Jemmen Fija M’Għandux Għalfejn Jibża’

Intom li temmnu Fija, itolbu issa. Qisu li ma tibżgħux. Jiena qiegħed Noffrilkom il-Protezzjoni Divina tiegħi il-ħin kollu, anke meta tkunu qegħdin tiġu mwaqqgħin għaċ-ċajt f’Ismi. It-talb jagħtikom is-saħħa u l-kuraġġ, hekk kif ix-Xitan u l-qaddejja tiegħu, issa jinsabu jferrgħu l-velenu tagħhom fuq uliedi. Hekk kif l-atti tal-waħx tagħhom, bil-gwerer kontra l-umanità, jibdew jeskalaw permezz tat-terroriżmu, il-monopolju tal-munita waħda u dinjija, kif ukoll l-avvelenament tad-dinja permezz ta’ kontaminazzjoni intenzjonata, jeħtieġ li issa intom tisimgħuni. Il-Qilla ta’ Alla l-Missier, issa sejra tinżel f’salt. It-talb irid isir fi gruppi madwar id-dinja kollha, għaliex dan sejjer jgħin sabiex jiġu evitati xi wħud minn dawn l-avvenimenti.

Itolbu għall-maħbub Papa Benedittu tiegħi. Huwa jinsab imdawwar bl-għedewwa ta’ Alla li huma b’saħħithom ħafna, nies xenqana għall-poter u l-kontroll tal-Knisja tiegħi. It-talb jista’ jgħin sabiex itawwal it-tluq imminenti tiegħu, meta huwa sejjer ikun imġiegħel jitlaq mill-Vatikan kif kien imħabbar. Itolbu, itolbu u itolbu għal dan il-perjodu taż-żmien, għaliex sejjer jkun l-aktar wieħed mudlam li qatt jista’ jolqot lill-Qaddejja Sagri tiegħi (is-Saċerdoti), l-Isqfijiet, il-Kardinali u s-segwaċi veri kollha tiegħi. Iċ-ċwievet ta’ Ruma issa sejrin jingħataw lura lil Alla, il-Missier li Jista’ Kollox.

Wasal iż-żmien tal-battalja kontra x-Xitan (Satana) u s-segwaċi krudili tiegħu. It-tentattivi tagħhom sabiex jeqirdu lill-umanità se jiġu ġġudikati bl-aktar mod aħrax, għaliex se jkollhom jissaportu tbatija kbira għall-atti kattivi tagħhom. Qumu issa uliedi. Araw li bħala prijorità, tpoġġu l-fiduċja kollha tagħkom Fija, u d-devozzjoni kollha tagħkom Lili. It-talb ta’ kuljum, il-Quddiesa u l-Ewkaristija sejrin jgħinu Lili, u lil Missieri, Neqirdu dan il-ħażen kbir. Qisu li timxu Warajja. Aċċettaw il-Kalċi tiegħi, għaliex meta tagħmlu dan, intom sejrin tgawdu l-Ħajja ta’ Dejjem.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Sultan tal-Umanità,
Ġesù Kristu


 
Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM