Messaġġ mill-Verġni Marija Dwar Uliedha l-Mitlufa

It-Tlieta, 7 ta’ Ġunju 2011 @ 14:45

Messaġġ mill-Verġni Marija Dwar Uliedha l-Mitlufa.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ minn Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tas-7 ta’ Ġunju, 2011, fis-2.45 am.


Binti, dawn l-aħħar ftit jiem, ma kinux faċli għalik. Imma, meta inti tobdi lil Ibni, dak ikun biżżejjed. Jekk jogħġbok, tħallix id-dubji jew il-biżgħat jaħkmuk f’dan l-istadju, għaliex meta jidħlu fik, dan ikun minħabba li l-Qarrieqi jkun qiegħed jagħmel xogħolu.

Iftaħ qalbek sabiex tħalli l-Grazzji jfawwru lil ruħek, ħalli hekk tkun tista’ tersaq dejjem eqreb lejn Ibni l-Prezjuż. Bħalissa inti tinsab qrib Ommok l-Imbierka, li qiegħda tgħinek u tiggwidak il-ħin kollu. Din il-parti tal-Missjoni tiegħek hija ħidma diffiċli, imma ftakar, li meta taħdem għal Ibni, dan qatt mhu faċli. Ini sejra ssir aktar b’saħħtek, minkejja d-dubji tiegħek, għaliex inti xorta waħda bqajt issegwi l-Istruzzjonijiet Tiegħu, u dan allura huwa tajjeb. Qis li issa titlob għal dawk uliedi kollha l-mitlufa u ma kullimkien, għaliex huma jinsabu xotti mill-imħabba, l-Imħabba vera li Ibni joffrilhom. Din l-Imħabba hija s-Salvazzjoni tagħhom. Mela jekk jogħġbok, offri t-talb kollu tiegħek għal dawn l-erwieħ mitlufin w imsieken.

Mur issa fil-paċi, u kompli agħmel dak kollu li Ibni jitlob minnek, il-ħin kollu.


L-Imbierka Ommkom Marija,
Sultana tas-Sema


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM