Messaġġ lis-Saċerdoti, l-Isqfijiet u l-Kardinali dwar il-Profeta Falz

It-Tlieta, 7 ta’ Ġunju 2011 @ 15:50

Messaġġ lis-Saċerdoti, l-Isqfijiet u l-Kardinali dwar il-Profeta Falz.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-7 ta’ Ġunju, 2011, fit-3.50 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, inti batejt għaliex il-Qarrieqi qiegħed jitturmentak. Jeħtieġ li titlob ħafna sabiex tkun tiflaħ tirreżisti l-attakki tiegħu fuqek. Qis li tpoġġi l-fiduċja kollha tiegħek Fija u mbagħad ħalli Lili nieħu ħsieb il-kumplament. Minflok, inti qiegħda tinkwieta meta hemm bżonn li toffrili din it-tbatija bil-ferħ u minn qalbek.

Jekk inti tibqa’ tfakkar lilek innifsek, li dan kollu ġej minħabba li inti tinsab f’għaqda waħda Miegħi, u li dawn it-tbatijiet għalhekk qegħdin iseħħu, u li mela inti tassew tinsab imbierka bħala ruħ magħżula, allura inti sejra tħossok differenti.

Ħafna mis-segwaċi tiegħi, issa bdew jindunaw b’dak li qed jiġri fid-dinja, u permezz tal-Grazzji tal-Ispirtu s-Santu qegħdin jilqgħu l-isfida li jiddefendu l-Kelma tiegħi. Din l-Armata tal-Fidili ta’ Alla, issa sejra ssir aktar b’saħħitha, u sejra tmexxi bla biża’ lill-midinbin lejn is-Salvazzjoni.

Il-Qdusija tiegħu, il-Vigarju tiegħi Papa Benedittu, jeħtieġ it-talb tagħkom. Itolbu għalih kuljum, għaliex jeħtieġ protezzjoni f’kull livell, sabiex ikun jista’ jissaporti t-turmenti li hemm jistennewh. Huwa importanti li s-segwaċi tiegħi, jibqgħu attenti għal kwalunkwe papa ġdid li jista’ jiġi warajh, għaliex mhux se jkun minn Alla. Jekk jogħġobkom, ħeġġu lill-Qaddejja Sagri tiegħi kollha (is-Saċerdoti) sabiex iħejju għall-isfidi terribbli u l-aktar tal-biza’ li qatt ser jkollhom jiffaċċjaw fil-ministeru tagħhom.

Sejjer ikun hemm bżonn ta’ kuraġġ kbir biex wieħed jiffaċċja l-Verità tat-Tagħlim tiegħi. Issa tant hemm Qaddejja Sagri tiegħi li huma għomja għall-wegħdiet li Jiena għamilt, meta għedt li sejjer nerġa’ niġi. Allura dawn, meta ħasbu li Jiena sejjer nerġa’ niġi? Tgħid, tant huma mdorrijin jirrepetu t-Tagħlim tiegħi, li nsew li jistgħu jaraw dawn l-avvenimenti fi kwalunkwe żmien, u li tista’ tiġri anke f’ħajjithom stess? Għax din hija waħda mill-akbar sfidi tal-lum.

Jekk Jiena bgħatt Profeti fid-dinja eluf ta’ snin ilu, allura naturalment, sejjer nibgħathom mill-ġdid fil-perjodu sabiex inħejji lid-dinja għal meta Nerġa’ Niġi.

Stenbħu għall-istess priedki li bihom intom tgħallmu lill-kongregazzjonijiet tagħkom. Kunu konxji li Jiena stess issa qiegħed inkellimkom. Ħafna sejrin jiġu u jgħidu li jitkellmu f’Ismi, imma ftit sejrin jgħidu l-Verità. Dan il-Messaġġ ġej Mingħandi, Jiena s-Salvatur Divin tagħkom. Itolbu għad-dixxerniment biex tagħrfu l-Leħen veru tiegħi meta jaslilkom. Araw li tftħu qlubkom issa u tisimgħu dak li Jiena għandi x’ngħidilkom. Wasal iż-żmien sabiex Jiena ninfurmakom, li l-profeziji li jinsabu fil-Ktieb tal-Apokalissi, dalwaqt sejrin tarawhom jiżvolġu quddiem għajnejkom stess.

Intom, il-Qaddejja maħbuba tiegħi, għandkom tiġġieldu bil-kuraġġ permezz tal-imħabba tagħkom Għalija, kontra l-ostakli, imqiegħda mill-Qarrieqi, li sejrin jisfidawkom sakemm tifilħu tirresiżtu. Intom tridu tirrikonoxxu li l-Profeta Falz wasal biex iħajjarkom taċċettaw id-dnub. Hu sejjer jaffaxxinakom. Sejjer jikkonvinċikom li hu jirrappreżenta l-Verità. Imma issa tridu turu il-lealtà tagħkom Lejja, u l-Missier Etern tiegħi. Jekk jogħġobkom, qisu li ma taqtgħux qalbkom. Għax għalkemm dawn il-ġrajjiet se jbeżżgħukom u jfixklukom, il-fedeltà u l-lealtà tagħkom iridu jkunu Lejja.

Għall-ewwel darba fil-ministeru tagħkom, il-fidi tagħkom issa sejra tiġi ppruvatha bil-kbir. Il-Knisja ta’ Pietru hija l-Knisja tiegħi. Imma meta ċ-ċwievet jingħataw lura lil Alla l-Missier, li sejra ssir issa, il-Knisja ssir parti mis-Saltna tiegħi. Jiena l-Verità. Araw li ssegwu l-Verità l-ħin kollu.

Itolbu Lili issa għall-Grazzji meħtieġa, sabiex tiżguraw li maż-żmien, tindunaw bil-qerq tax-Xitan (Satana). Inkella l-Profeta Falz sejjer jaqbad lil uliedi l-maħbuba permezz tal-faxxinu kariżmatiku tiegħu, bl-istess mod tal-Qarrieqi, li miegħu huwa jinsab magħqud. Ix-Xitan, qatt mhu sejjer jirbaħ lill-Knisja tiegħi, jekk il-Qaddejja tiegħi jkunu attenti għall-qerq tiegħu, u jqisuh għal dak li hu. Minnu joħroġ gideb diaboliku, fejn jekk intom tinvolvu ruħkom miegħu u taħilfu lealtà lejn din l-abominazzjoni ġdida, ma jistax ikun hemm l-ebda ritorn minnha!

Isimgħuni issa. Qisu li d-duru Lejja għall-gwida u l-Grazzji speċjali meħtieġa sabiex tmexxu l-merħla tiegħi lura Lejja u lejn Missieri tas-Smewwiet. Għaliex meta tagħmlu dan, Jien sejjer nagħti Grazzji tant kbar, li ma ddumux ma ssibu s-saħħa biex tiddefendu l-Kelma tiegħi u dan akkost ta’ kollox.

Jiena Nħobbkom ilkoll u nixtieq ħafna l-appoġġ tagħkom matul dawn il-Aħħar taż-Żminijiet.


Ġesù Kristu

 
Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM