Il-Gwida Spiritwali Tiegħi Sejra Twaqqaf l-Atti Qerrieda tax-Xitan

Is-Sibt, 11 ta’ Ġunju 2011 at 15:30

Il-Gwida Spiritwali Tiegħi Sejra Twaqqaf l-Atti Qerrieda tax-Xitan.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-11 ta’ Ġunju, 2011, fit-3.30 pm.

Maħbuba binti l-għażiża, din kienet ġimgħa oħra ta’ prova għalik, fejn il-Kelma tiegħi, minn naħa waħda ġiet milqugħa minn tant nies, imma li fl-istess ħin, ġiet miċħuda u meqjusa bħala qerq sfaċċat minn oħrajn. Tgħid dawk li jiċħdu l-Kelma tiegħi ma qrawx il-Verità? Il-Verità li tinsab fil-Ktieb Imqaddes tiegħi? Il-Ktieb tal-Apokalissi ngħata lil uliedi kollha sabiex jgħinhom jifhmu t-taqlib kbir li se jkun ikkawżat lejn l-aħħar taż-żminijiet, bit-tixrid tal-gideb maħluq mix-Xitan (Satana) u d-Demonji tiegħu. Jekk intom ma tifhmux il-Verità li tinsab fil-Ktieb tal-Apokalissi, mela allura kif tistgħu tifhmu l-Messaġġi li Jiena qiegħed Inwasslilkom illum? Jaqaw intom ħsibtu li Jiena sejjer Nagħtikom Dahri u Nitlaqkom għal riħkom f’idejn ix-Xitan u l-armata krudili tiegħu? Kif m’intomx tindunaw li Jiena l-ewwel sejjer Nipprova Nwissikom u mbagħad Ngħinkom? Il-Ħniena kbira tiegħi sejra teqred l-effetti li x-Xitan għandu fuq uliedi. Jiena sejjer Nerġa Niġi għal darb’oħra, sabiex Insalvakom mid-dwiefer tiegħu. Ir-rigal tiegħi tat-Twissija l-Kbira sejjer idgħajjef it-terrur li kien sejjer ikompli dejjem jikber, li kieku din ma jseħħx.

Jiena qiegħed Nikkomunika magħkom issa, mhux biss sabiex Nippreparakom għal dan l-Att verament kbir tal-Ħniena tiegħi, iżda sabiex Niggwidakom mill-labirint ta’ qerda ppjanata mill-grupp krudil, li s-sultan tiegħu huwa d-Demonju. L-Influwenza Spiritwali tiegħi, sejra twaqqaf l-atti qerrieda tax-Xitan b’mod sinifikanti. Araw li tisimgħu l-Kelma tiegħi. Segwu l-Istruzzjonijiet tiegħi. Qisu li tmexxu u tappoġġjaw lil xulxin fil-fidi tagħkom, sabiex intom tingħataw l-għajnuna meħtieġa, ħalli malajr issegwu t-triq lejn il-Wegħdiet li Jiena Għamiltilkom. Ħafna minnkom uliedi prezzjużi, sejrin tibżgħu, imma jekk jogħġobkom tħallux il-biża’ iżżommkom lura mill-verità. Ix-Xitan sejjer juża l-biża’ sabiex iwaqqafkom milli taċċettaw l-Messaġġ tiegħi ta’ Mħabba. Ħafna minn dak li Jiena qiegħed Ngħidilkom issa, huwa diffiċli ħafna għalikom sabiex tifhmuh. Imma ippruvaw ifhmu dan: Li kieku Jiena ma Ġejtx issa sabiex Nurikom il-Verità, allura kieku intom kontu tintilfu. Kieku kontu sejrin tesperjenzaw perjodu diffiċli ħafna fil-ħajja tagħkom. Kif Jiena Ħejjejtkom permezz tal-Profeti tiegħi qabel, issa wkoll Jiena sejjer Nippreparakom illum, permezz ta’ din il-Messaġġiera, għaż-żmien ta’ meta Jiena sejjer Nerġa’ Niġi.

Dan ir-Rigal ġej mill-Imħabba profonda tiegħi għal uliedi kollha, sabiex jikkumbattu r-renju li ġej tal-Antikrist u l-alleat tiegħu l-Profeta Falz, li se jqarraq u jmexxi ħażin il-Knisja tiegħi fid-dinja. Inżgħu issa d-difiżi tagħkom. Qisu li tftħu għajnejkom għall-Verità. Il-Kelma tiegħi llum hija mogħtija lilkom sempliċement biex tfakkarkom fil-Verità tat-Tagħlim tiegħi. L-Iskrittura Mqaddsa tiegħi hija l-Verità. Il-Verità hija riflessa fl-Iskrittura Mqaddsa tiegħi. Jekk Jien illum qiegħed Infakkarkom fil-Wegħdiet li Għamiltulkom qabel, u kif tistgħu taslu għas-Salvazzjoni, allura din hija biss ripetizzjoni tal-Kelma Mqaddsa tiegħi. Il-Verità dejjem tibqa’ l-istess. Qatt ma tista’ tinbidel jew tiġi adattata sabiex togħġob lill-umanità. Dejjem tibqa’ l-istess. Ħalluni Ngħinkom tifhmu dak li qiegħed jiġri bħalissa. Araw li ma tħallux il-biża’taħkimkom. Jien Inħobbkom ilkoll u sempliċement irrid Inżommilkom idejkom uliedi u Nipproteġikom. L-Għan tiegħi huwa li Niżgura li kull wieħed u waħda minnkom tgħixu l-ħajja Miegħi fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida.


Is-Salvatur tagħkom li dejjem Iħobbkom,
Ġesù Kristu