It-Taparsi “Liberaturi” fil-Lvant Nofsani Jridu Jikkontrollaw il-Lhud

Is-Sibt, 11 ta’ Ġunju 2011 @ 22:00

It-Taparsi “Liberaturi” fil-Lvant Nofsani Jridu Jikkontrollaw il-Lhud.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-11 ta’ Ġunju, 2011, fl-10 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, huwa mill-Imħabba li Jiena qiegħed Nitkellem miegħek illejla, għaliex dalwaqt ħafna, aktar u aktar mis-segwaċi għeżież tiegħi, sejrin jingħaqdu ħaġa waħda flimkien, sabiex jiġġieldu kontra l-Qarrieqi. Bħalissa, hu u l-gruppi influwenti tal-għonja, li warajhom huwa jinħeba, qegħdin jippjanaw sabiex jiksbu kemm jista’ jkun kontroll fuqkom ilkoll, imma madankollu, dan intom ma tistgħux tarawh.

Dawn in-nies sejrin jitwaqqfu zoptu qabel ma taħsbu intom. Ħafna minnhom sejrin jikkonvertu matul it-Twissija l-Kbira. Din sejra ddgħajjef il-Grupp Dinji u Waħdieni tax-Xitan (Satana) sa tali punt, li ħafna nies sejrin jistaqsu liema triq għandhom jieħdu, tant kemm ser ikunu konfużi. Ħafna oħrajn mbagħad, sejrin iduru lura Għandi wliedi, għaliex se jfittxu l-maħfra tagħhom.

Il-vendetta, il-kontroll, il-poter u l-mibegħda flimkien joħolqu l-akbar theddida għall-għixin tal-bniedem. Il-gwerer li qegħdin taraw iseħħu fil-Lvant Nofsani u lil hinn, kollha ġew orkestrati apposta. Dawn mhumiex xi koinċidenza. Qisu li tifhmu, li tant pajjiżi f’daqqa ma qamux waħedhom, imma ġew megħjuna minn dan il-grupp krudil, li jinsab qalb il-gvernijiet kollha, dawk il-gvernijiet li bħalissa jikkontrollaw id-dinja. Dawn il-mexxejja fil-Lvant Nofsani, issa qegħdin jitneħħew, sabiex jagħmlu spazju għat-taparsi “liberaturi”, dawk li se jiddikjaraw ġustizzja u jxandru mezzi paċifiċi, suppost sabiex jgħinu lil uliedi l-Lhud. Imma dik mhix l-intenzjoni tagħhom. L-intenzjoni tagħhom hija li jikkontrollaw lill-poplu maħbub tiegħi, il-Lhud, li issa huma mhedda minn kull naħa.

Dawn l-avvenimenti kollha sejrin jiġu interrotti mit-Twissija l-Kbira. Dawk kollha involuti f’dan il-grupp globali u krudil, sejrin ikollhom ukoll jiffaċċjawni, wieħed wieħed, meta Jiena nurihom kif qegħdin joffenduni. Ħafna minnhom sejrin jinżlu għarkupptejhom u jitolbu maħfra. 

Dan uliedi, huwa importanti ħafna, għaliex aktar ma jkun hemm kullimkien, minn dawn il-midinbin, u speċjalment dawk li jikkontrollaw l-għajxien tagħkom, li jduru lura Għandi, aktar tkun kbira l-Ħniena tiegħi. Itolbu għal dawk kollha li se jaraw il-Verità matul it-Twissija l-Kbira, sabiex jirrealizzaw li Jien inħobbhom u hekk jikkonvertu.

It-talb uliedi, għandu qawwa kbira. Kunu afu, li meta titolbu lil Alla, il-Missier f’Ismi, għas-salvazzjoni ta’ dawn erwieħ u oħrajn, Huwa mhux sejjer jirrifjutakom.

Il-lealtà tagħkom Lejja, u t-talb ta’ kuljum, issa huma meħtieġa b’mod urġenti sabiex tinħall il-ħakma li x-Xitan għandu fuq uliedi, li huma Tiegħi bi dritt.


Is-Salvatur tagħkom li dejjem Iħenn għalikom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM