Erħu f’Idejja l-Inkwiet Tagħkom u Jien Inħaffef it-Toqol Tagħkom.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-13 ta’ Ġunju, 2011, fis-6 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, it-talb issa qiegħed jiżdied b’pass aktar mgħaġġel, minħabba d-Don tal-Ispirtu s-Santu, li daħal fl-erwieħ tas-segwaċi kollha tiegħi madwar id-dinja. Widnejhom issa jinsabu attenti għall-Kelma l-Aktar Qaddisa tiegħi. Itolbu għal dawk uliedi kollha tturmentati u msieken, li huma vittmi, u fejn qegħdin isofru tbatija kbira fid-dinja, minħabba l-atti tal-waħx tad-dnubiet tal-umanità. Ħalluni Nfakkar lil uliedi kollha u kullimkien, sabiex jirreċitaw il-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi kuljum. Itolbu wkoll, u hawn Jiena qiegħed Ninkludi lil dawk ta’ kull twemmin Nisrani, ir-Rużarju Mqaddes lil Maħbuba Ommi, għaliex din it-talba qawwija se ddgħajjef il-qilla tax-Xitan (Satana) li għandu fuq uliedi.
Kulma Jiena qiegħed Nitlob minkom huwa, li intom ilkoll, li tinsabu mtaqqlin mill-provi u l-inkwiet tal-ħajja, li issa tħalluni Nieħu ħsieb kollox Jiena, sabiex Insolvi l-ansjetà kollha tagħkom. Qisu li tafdaw Fija, ħalli taraw kif it-tagħbija tagħkom tittaffa. Ħalluni Niggwidakom għal stat aktar paċifiku. Intelqu uliedi u ħallu l-Paċi tiegħi tfawwar l-erwieħ delikati u xotti tagħkom. Id-dlam li qegħdin tħossu, kollu ġej mill-biża’. Il-biża’ tiġi min-nuqqas ta’ fiduċja. Meta intom titilfu l-fiduċja Fija, ix-Xitan idaħħal id-dubji f’moħħkom.
Araw li qatt ma tiddubitaw mill-kapaċità li għandu x-Xitan, għaliex huwa kontinwament jinsab iħuf u jonsob sabiex idawwarkom kontra l-proxxmu tagħkom stess. Dan l-ingann huwa dejjem primarjament dirett, lejn l-aktar segwaċi devoti tiegħi. Jekk intom tħobbuni, x-Xitan lilkom jobgħodkom. Huwa qatt ma jistrieħ, sakemm jaqlibkom ta’ taħt fuq. Jagħmel xalata meta titfixklu. Qisu li ma tagħtuhx din il-qawwa, għaliex meta intom tagħmlu dan, il-fidi tagħkom Fija tiddgħajjef. It-Talba lil San Mikiel Arkanġlu, kif ukoll ir-reċitazzjoni tar-Rużarju l-Aktar Imqaddes, huma l-aktar armi qawwija tagħkom kontra x-Xitan. Morru issa b’aktar kunfidenza, u araw li tagħtuni l-problemi u t-tħassib kollha tagħkom, għaliex Jiena Qiegħed Hawn, Nistenniekom il-ħin kollu, sabiex Inwassalkom għad-Dawl. Jien Inħobbkom uliedi kollha. Afdaw aktar fija.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu