Erħu f’Idejja l-Inkwiet Tagħkom u Jiena Nħaffef it-Toqol Taġħkom

It-Tnejn, 13 ta’ Ġunju 2011 @ 18:00

Erħu f’Idejja l-Inkwiet Tagħkom u Jiena Nħaffef it-Toqol Taġħkom.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-13 ta’ Ġunju, 2011, fis-6 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, it-talb issa qiegħed jiżdied b’pass aktar mgħaġġel, minħabba d-Don tal-Ispirtu s-Santu, li daħal fl-erwieħ tas-segwaċi kollha tiegħi madwar id-dinja. Widnejhom issa jinsabu attenti għall-Kelma l-Aktar Qaddisa tiegħi.

Itolbu għal dawk l-uliedi kollha tturmentati u msieken, li huma vittmi, u fejn qegħdin isofru tbatija kbira fid-dinja, minħabba l-atti tal-waħx tad-dnubiet tal-umanità.

Ħalluni nfakkar lil uliedi kollha u kullimkien, sabiex jirreċitaw il-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi kuljum. Itolbu wkoll, u hawn qiegħed ninkludi kull twemmin Nisrani, ir-Rużarju Mqaddes lil Maħbuba Ommi, għaliex din it-talba qawwija se ddgħajjef il-qilla tax-Xitan (Satana) li għandu fuq uliedi.

Kulma Jiena qiegħed nitlob huwa, li intom ilkoll, li tinsabu mtaqqlin mill-provi u l-inkwiet tal-ħajja, li issa tħalluni Nieħu ħsieb Jiena, sabiex insolvi l-ansjetà kollha tagħkom. Qisu li tafdaw Fija, ħalli taraw kif it-tagħbija tagħkom tittaffa. Ħalluni niggwidakom għal stat aktar paċifiku. Irrilassaw uliedi u ħallu l-Paċi tiegħi tfawwar l-erwieħ delikati u bil-għatx tagħkom. Id-dlam li qegħdin tħossu, kollu ġej mill-biża’. Il-biża’ tiġi min-nuqqas ta’ fiduċja. Meta intom titilfu l-fiduċja Fija, ix-Xitan idaħħal id-dubji f’moħħkom.

Araw li qatt ma tiddubitaw mill-kapaċità li x-Xitan għandu, meta kontinwament iħuf u jonsob sabiex idawwarkom kontra l-proxxmu tagħkom. Dan l-ingann huwa dejjem primarjament dirett, lejn l-aktar segwaċi devoti tiegħi. Jekk intom tħobbuni, huwa lilkom jobgħodkom. Huwa qatt ma jistrieħ, sakemm jaqlibkom ta’ taħt fuq. Jagħmel xalata meta titfixklu. Qisu li ma tagħtuhx din il-qawwa, għaliex meta intom tagħmlu dan, il-fidi tagħkom Fija tiddgħajjef.

It-Talba lil San Mikiel Arkanġlu, kif ukoll ir-reċitazzjoni tar-Rużarju l-Aktar Imqaddes, huma l-aktar armi qawwija tagħkom kontra x-Xitan.

Morru issa b’aktar kunfidenza, u araw li tagħtuni l-problemi u t-tħassib kollha tagħkom, għaliex Jiena qiegħed hawn, nistenniekom il-ħin kollu, sabiex inwassalkom għad-Dawl.

Jien Inħobbkom uliedi kollha. Afdaw aktar fija.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM