Is-Segwaċi Tiegħi Għandhom Juru Kuraġġ Sabiex Iħejju lil Oħrajn għat-Twissija l-Kbira

It-Tlieta, 14 ta’ Ġunju 2011 @ 19:00

Is-Segwaċi Tiegħi Għandhom Juru Kuraġġ Sabiex Iħejju lil Oħrajn għat-Twissija l-Kbira.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-14 ta’ Ġunju, 2011, fis-7 pm.


Maħbuba binti, jeħtieġ li jsir ħafna xogħol mis-segwaċi tiegħi, sabiex jgħidu lin-nies x’għandhom jistennew waqt it-Twissija l-Kbira.

Agħtuhom id-dettalji minn qabel, sabiex meta jaraw is-sema ħamrani u jħeġġeġ, riflessjoni tal-Ħniena l-Kbira tiegħi, huma jkunu jafu li m’għandhom xejn minn xiex jibżgħu. Anzi, huma jkollhom għalfejn jifirħu, għaliex issa fl-aħħar, għal ħafna minn uliedi madwar id-dinja, sejrin ikollhom il-prova li jkunu ilhom ifittxu tul ħajjithom kollha.

Huwa ferħ kbir fost uliedi, li Jiena Nixtieq Nara, u mhux dmugħ ta’ niket. Meta intom taraw is-Salib tiegħi, intom ilkoll mbagħad tkunu tafu, dwar il-Passjoni ta’ Mħabba li Jiena għandi għalikom ilkoll.

Ħafna nies se jibku dmugħ ta’ ferħ kbir, għaliex sejrin ikunu jafu li Jiena ġejt biex Infawwar lir-ruħhom bil-Grazzja tal-Maħfra. Imbagħad, għal oħrajn li ma jafunix, huma sejrin jibżgħu għax se jindunaw bil-gravità kbira ta’ dnubiethom li se jarawhom ċari.

Segwaċi tiegħi u kullimkien, Jiena qiegħed insejħilkom sabiex turu kuraġġ kbir, billi tgħidu lil uliedi li m’għandhomx jibżgħu meta huma jaraw din il-wirja divina spettakolari tal-Ħniena Kbira tiegħi għall-umanità. Qisu li ġġibuhom lura fil-maqjel tan-nagħaġ tiegħi, billi tippreparawhom. Jekk ma jisimgħukomx, mela itolbu għalihom.


Is-Salvatur Etern tagħkom u r-Redentur tal-Umanità, 
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM