Uliedi Sejrin Jiffaċċjawni għall-Ewwel Darba Waqt it-Twissija l-Kbira

It-Tnejn, 20 ta’ Ġunju 2011 @ 11:45

Uliedi Sejrin Jiffaċċjawni għall-Ewwel Darba Waqt it-Twissija l-Kbira.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-20 ta’ Ġunju, 2011, fil-11.45 am.


Maħbuba binti, qis li issa tħejji lil uliedi, għaliex dalwaqt sejrin jidhru Quddiemi bil-Glorja u l-Kompassjoni kollha tiegħi. Dalwaqt ħafna, Jiena sejjer nuri Lili Nnifsi lil kull raġel u mara, kif ukoll kull tifel u tifla, mill-età tar-raġuni 'l fuq.

Dan il-jum mill-isbaħ, meta Jiena sejjer nurihom il-Ħniena tiegħi minflok l-Ġustizzja tiegħi, għandu jintlaqa’ tajjeb minn kulħadd. Ifirħu għaliex intom ilkoll, kull wieħed u waħda minnkom, sejrin tiffaċċjawni għall-ewwel darba.

Ħafna nies, sejrin ikunu mimlijin imħabba u ferħ, għaliex din hija riunjoni tal-meravilji. Nies oħrajn sejrin jibżgħu. Imma m’hemm xejn minn xiex għandhom jibżgħu, għaliex Jiena Nħobbkom ilkoll kemm intom. Id-dnub se jkun l-unika firda bejnietna. Imma jekk tindmu u taċċettaw il-verità tal-offiżi tagħkom kontrija, u kontra l-Missier Etern tiegħi, tindunaw bil-Ħniena tal-għaġeb, li tkun qiegħda tingħatalkom. Għal dawk li sejrin jibżgħu, għandi dan x’ngħidilkom: Il-biża’ ġejja mid-dnub. Bid-dnub f’ruħkom, intom serin tkunu mbiegħda Minni. Araw li taċċettaw dnubietkom għal dak li fil-fatt huma... dgħufija umana. Imbagħad ħarsu Lejja, u Jiena nwassalkom għall-Ħajja Eterna u għall-Verità.


Il-Ħniena l-Kbira Tiegħi Sejra Ġġib Aħbar mill-Isbaħ

Il-Ħniena l-Kbira tiegħi sejra ġġib aħbar mill-isbaħ lil uliedi madwar id-dinja kollha. Għaliex meta sseħħ din it-Twissija l-Kbira, intom sejrin tingħataw iċ-ċans li tbiddlu ħajjitkom għall-aħjar. Meta tiġi żvelata l-Verità tal-Eżistenza tiegħi, allura l-konverżjoni tinfirex ħafna.

Imbagħad, u dakinhar biss wara li sseħħ it-Twissija l-Kbira, id-dinja tingħata ċ-ċans li tkun tiflaħ għall-Kastig il-Kbir, li se jiġi wara, dlament li l-midinbin ma jindmux fil-kotra l-kbira tagħhom. Għaliex imbagħad Id Missieri, sejra tiżel bis-saħħa ma’ kullimkien, fuq dawk li jirrifjutaw li jisimgħu l-Verità, jiġifieri dawk li jagħtu daharhom lill-imħabba, l-imħabba għalija u għal ħutkom. Għaliex it-triqat midinbin tagħkom, f’dak l-istadju, mhux se jibqgħu jiġu aċċettati aktar. Dik tkun tal-aħħar. Għaliex imbagħad, l-influwenza qawwija tax-Xitan (Satana), mhux sejra titħalla żżomm aktar il-qabda fid-dwiefer tagħha, bħal ġo morsa, lill-umanità. Dawk ta’ rashom iebsa, li jsegwu t-triq qerrieda, fejn jippersegwitaw lil uliedi, sejrin jitwaqqfu.


Il-Kastig il-Kbir

Kastig Kbir, li bħalu għadu ma deherx minn żmien Noè, sejjer jiġi minn Alla, il-Missier Etern. Lil dawk is-segwaċi tiegħi, li jistgħu jgħidu li dan mhux il-mod kif Jiena, Ġesù, nitkellem, issa jeħtieġ li jistaqsu lilhom infushom din il-mistoqsija: Jekk veru li Ġesù huwa mimli Ħniena, mela allura għaliex Hu, jew Alla l-Missier, jippermetti lill-armata tax-Xitan tkompli tikkawża tant terrur fuq uliedi? Huwa mill-imħabba għal ulied Alla kollha li sejjer iseħħ dan il-Kastig il-Kbir. Qisu li tindmu lkoll. Irrifjutaw il-wegħdiet vojta tax-Xitan. Irrifjutaw il-ħajja falza u vojta li joffrilkom. Aċċettaw li meta tisimgħu Ismi jiġi miċħud fid-dinja llum, dan ikun ġej direttament mill-influwenza tax-Xitan. Dlament li uliedi ma jitilquħx, allura ma jistax ikun hemm paċi f’din id-dinja.

Aċċettaw din it-Twissija l-Kbira bħala Messaġġ ta’ Mħabba Safja. Lil dawk fil-poter ngħidilhom dan: Jew tirrifjutaw il-gideb u lealtà tagħkom għall-gideb, jew inkella jkollkom tbatu l-konsegwenzi.

Il-Ħniena l-Kbira li se nurikom matul it-Twissija l-Kbira hija s-soluzzjoni għal Era Ġdida ta’ Paċi. Jekk taċċettawha, l-Kastig il-Kbir jiġi evitat. Jekk tirrifjutawha, dawk is-segwaċi tiegħi biss jistgħu jiġu Salvati. Imma mbagħad, sejjer ikun tard wisq għal kumplament tal-bqija tagħkom.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
L-Imħallef Ġust,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM