Messaġġ mill-Verġni Marija Dwar il-Komunikazzjoni maż-Żgħażagħ.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ minn Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tat-22 ta’ Ġunju, 2011, fis-6 pm.
Nota: Wara apparizzjoni privata li fiha l-Verġni Marija dehret lill-viżjonarja għal aktar minn 30 minuta.
Jiena qiegħda niġi f’Isem Ġesù Kristu. Jiena Omm Alla, il-Maħbuba Ommok, ir-Reġina tal-Anġli kollha.
Binti, inti għadek kif ġejt ittestjata minħabba x-xogħol li qiegħda tagħmel għal Ibni l-Maħbub, u b’riżultat ta’ dan, inti sirt aktar b’saħħtek. Int issa taf x’għandu jsir, sabiex kemm jista’ jkun żgħażagħ jifhmu min hu Ibni. Hu, l-Iben l-Aktar Prezzjuż tiegħi, is-Salvatur tad-Dinja, sejjer jagħmel minn kollox, sabiex Isalva lil dawk kollha li jimxu fuq l-art fl-injoranza tal-Ħniena tiegħu.
Dawk l-ulied, li minħabba r-ras iebsa tagħhom, jirrifjutaw li jisimgħu, issa hemm bżonn jgħidulhom il-Verità u dan malajr kemm jista’ jkun. Jekk jogħġbok, għid liż-żgħażagħ madwar id-dinja kollha, li Ġesù jinsab miexi magħhom, kull sekonda tal-ġurnata. Hu jimpurtah ħafna minnhom. Huma m’għandhom l-ebda idea tal-profondità tal-Imħabba tiegħu. Hu jrid jgħannaqhom fil-Qalb Imqaddsa tiegħu, sabiex igawdu l-Era Ġdida ta’ Paċi fuq l-art. Mank li kieku biss kellhom iwieġbu.
Binti, tant huwa diffiċli għan-nies li jifhmu l-Verità tal-Eżistenza ta’ Alla l-Missier. Li tikkonvinċihom dwar il-Verità tas-Sagrifiċċju ta’ Ibnu l-Maħbub, huwa diffiċli ħafna. Dan binti, jrid ikun il-għan ewlieni tiegħek. Mur fil-Paċi u fl-Imħabba.
Il-Maħbuba Ommok,
Reġina tal-Anġli