It-Twissija l-Kbira Sejra Tkun Prova li Alla Jeżisti.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-22 ta’ Ġunju, 2011, fis-7 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, issa li inti erġajt lura f’saħħtek, wara li għaddetj mill-agħar prova li kellek s’issa, jeħtieġ li inti issa tqum, sabiex twassal it-Talbiet urġenti tiegħi lid-dinja kollha.
Huma, uliedi l-maħbuba, hemm bżonn li jsiru jafu, li meta Jiena sejjer Niġi dalwaqt, huma sejrin jiġu wiċċ imb wiċċ Miegħi. Kemm nixtieq Nurihom li Jiena verament Neżisti u kif qiegħed Nistenna sabiex nara l-ferħ fuq wiċċhom, meta jaraw l-Imħabba u l-Ħniena tiegħi.
Ħafna minn uliedi sejrin jinżlu mal-art u jibku dmugħ ta’ serħan, dmugħ ta’ ferħ u hena, dmugħ ta’ stagħġib u mħabba. Għaliex, fl-aħħar, sejjer ikun possibbli li wieħed jgħix Ħajja Ġdida, fejn minn hemm 'il quddiem kulħadd jista’ jsegwi l-Verità tat-Tagħlim tiegħi. Uliedi mhux sejrin jindunaw xi jfisser dan l-Att Kbir ta’ Ħniena, l-akbar Don li qatt ingħata lill-umanità minn mindu Jiena kont Imsallab fuq is-Salib. Għaliex sejjer jkun permezz ta’ dan id-Don tat-Twissija l-Kbira li għajnejn il-bniedem finalment jinfetħu għall-verità tal-eżistenza kollha tagħhom fuq din l-art u lil hinn minnha.
Dawk li huma ħajjin f’din id-dinja llum, iridu jifhmu kemm huma privileġġjati li sejrin jingħataw il-prova tal-eżistenza ta’ Alla, il-Missier Etern u Tiegħi, Jiena, Ibnu l-Għażiż, għalkemm dan huwa lil hinn mill-komprensjoni tagħkom.
Wara t-Twissija l-Kbira, Araw Li Ma Terġgħux Lura Għat-Toroq Qodma Tagħkom
Jien Inħeġġiġkom ilkoll, sabiex meta tkunu rajtu l-Preżenza tiegħi u tkunu ntwerejtu kif id-dnub tagħkom, mhux biss joffendini, iżda jimbottakom 'l isfel fit-triq lejn l-Infern, intom taraw li ma terġgħux lura lejn it-toroq qodma tagħkom.
Il-perjodu wara t-Twissija l-Kbira huwa kruċjali għall-paċi fid-dinja u s-salvazzjoni tagħkom. Qisu li ma tiċħdux dan ir-rigal. Aqbduh b’idejkom it-tnejn. Ħallu t-Twissija l-Kbira tgħaqqadkom ħaġa waħda Miegħi. Meta tagħmlu dan u titolbu għall-Gwida tiegħi, intom tiġu ppremjati bil-Ġenna l-Ġdida fid-Dinja fejn ma jkun jonqoskom xejn.
Ifirħu. Isimgħuni. Agħtu widen għall-Messaġġ tiegħi u ħallu l-Imħabba tiegħi taħtafkom lejn is-Saltna Glorjuża tiegħi. Jien Inħobbkom ilkoll. Jekk id-darba li ġejja tħossu qalbkom tingħafas bl-imħabba għal persuna oħra, ftakru li dan ir-Rigal ġej Minni. Mingħajr l-imħabba m’hemm l-ebda ħajja.
Is-Sultan Divin tal-Ħniena tagħkom
Ġesù Kristu, Bin Alla, il-Missier Etern